+Artikolu 269a Trattament ta’ titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi improduttivi (NPE)
---+Artikolu 269a 1.
---+Artikolu 269a 2.
---+Artikolu 269a 3.
---+Artikolu 269a 4.
---+Artikolu 269a 5.
---+Artikolu 269a 6.
---+Artikolu 269a 7.
|
Artikolu 269a Trattament ta’ titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi improduttivi (NPE)
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 269a 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
(a)
titolizzazzjoni NPE tfisser skopertura improduttiva (NPE) kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(b)
“titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti” tfisser titolizzazzjoni NPE tradizzjonali li fiha l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli jkun mill-anqas 50 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti fil-mument meta ġew ittrasferiti lill-SSPE.
|
|
Artikolu 269a 2.
|
Il-piż tar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni NPE għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 254 jew 267. Il-piż tar-riskju għandu jkun soġġett għal limitu minimu ta’ 100 %, ħlief meta jiġi applikat l-Artikolu 263.
|
|
Artikolu 269a 3.
|
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 100 % għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri f’titolizzazzjoni NPE tradizzjonali, ħlief meta jiġi applikat l-Artikolu 263.
|
|
Artikolu 269a 4.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal kwalunkwe skopertura fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti f’konformità mal-Kapitolu 3 u li mhumiex permessi jużaw l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni għal tali skoperturi ma għandhomx jużaw is-SEC-IRBA għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjoni f’titolizzazzjoni NPE u m’għandhomx japplikaw il-paragrafu 5 jew 6.
|
|
Artikolu 269a 5.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 268(1), it-telf mistenni assoċjat ma’ skoperturi sottostanti għal titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti għandu jiġi inkluż wara t-tnaqqis tal-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli u, meta applikabbli, ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku addizzjonali għar-riskju ta’ kreditu. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkolu skont il-formula li ġejja: fejn:
|
CRmax
|
=
|
ir-rekwiżit kapitali massimu fil-każ ta’ titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti;
|
|
RWEAIRB
|
=
|
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;
|
|
ELIRB
|
=
|
it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;
|
|
NRPPD
|
=
|
l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli;
|
|
EVIRB
|
=
|
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB;
|
|
EVPool
|
=
|
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni;
|
|
SCRAIRB
|
=
|
għall-istituzzjonijiet oriġinaturi, l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni fir-rigward ta’ dawk l-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD; għall-istituzzjonijiet investituri l-ammont huwa żero;
|
|
RWEASA
|
=
|
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat.
|
|
|
Artikolu 269a 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura kkalkulat skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fl-Artikolu 267 ikun inqas minn 100 %, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-piż tar-riskju aktar baxx, soġġett għal limitu minimu tal-piż tar-riskju ta’ 50 %. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet oriġinaturi li japplikaw is-SEC-IRBA għal pożizzjoni u li huma permessi jużaw l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-iskoperturi sottostanti kollha soġġetti għall-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3, għandhom inaqqsu l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli u, meta applikabbli, kwalunkwe aġġustament speċifiku addizzjonali għar-riskju ta’ kreditu mit-telf mistenni u l-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti assoċjati ma’ pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni ta’ NPE tradizzjonali kwalifikanti skont il-formula li ġejja: fejn:
|
RWmax
|
=
|
il-piż tar-riskju, qabel ma jiġi applikat il-limitu minimu, applikabbli għal pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti meta jintuża l-approċċ taċ-ċar kristall;
|
|
RWEAIRB
|
=
|
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;
|
|
RWEASA
|
=
|
it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat;
|
|
ELIRB
|
=
|
it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;
|
|
NRPPD
|
=
|
l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli;
|
|
EVIRB
|
=
|
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB;
|
|
EVpool
|
=
|
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni;
|
|
EVSA
|
=
|
it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ Standardizzat;
|
|
SCRAIRB
|
=
|
l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni oriġinatriċi fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD.
|
|
|
Artikolu 269a 7.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (b) mill-ammont imsemmi fil-punt (a):
(a)
l-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni NPE fil-mument meta dawk l-iskoperturi ġew ittrasferiti lill-SSPE;
(b)
it-total ta’ dan li ġej:
(i)
il-prezz tal-bejgħ inizjali tas-segmenti jew, meta applikabbli, partijiet mis-segmenti tat-titolizzazzjoni NPE mibjugħin lil investituri terzi; u
(ii)
l-ammont pendenti, fil-mument meta l-iskoperturi sottostanti ġew trasferiti lill-SSPE, tas-segmenti jew, meta applikabbli, ta’ partijiet mis-segmenti ta’ dik it-titolizzazzjoni miżmuma mill-oriġinatur.
Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6, matul il-ħajja tat-tranżazzjoni, il-kalkolu tal-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi aġġustat ’l isfel filwaqt li jitqies it-telf realizzat. Kwalunkwe tnaqqis fl-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti li jirriżulta minn telf realizzat għandu jnaqqas l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli, soġġett għal limitu minimu ta’ żero. Meta skont ikun strutturat b’tali mod li jkun jista’ jiġi rimborżat b’mod sħiħ jew parzjali lill-oriġinatur, tali skont ma għandux jgħodd bħala skont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|