L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting uniċi li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni skont il-formula li ġejja:
RC = max{CMV – VM – NICA, TH + MTA – NICA, 0}
fejn:
|
RC
|
=
|
il-prezz tas-sostituzzjoni
|
|
VM
|
=
|
il-valur aġġustat għall-volatilità tal-marġni ta' varjazzjoni nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tas-sett tan-netting;
|
|
TH
|
=
|
il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u
|
|
MTA
|
=
|
l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni.
|