|
+Artikolu 282 4. |
Artikolu 282 4.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali msemmija fil-paragrafu 2 kif ġej:
(a)
l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, ikkalkulat f'konformità mal-punt (b);
(b)
l-iskopertura futura potenzjali ta' tranżazzjoni waħda hija l-ammont nozzjonali tagħha multiplikat bi:
(i)
il-prodott ta' 0.5 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' rata tal-imgħax;
(ii)
il-prodott ta' 6 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu;
(iii)
4 % għal derivattivi tal-kambju;
(iv)
18 % għal derivattivi tad-deheb u tal-komoditajiet minbarra derivattivi tal-elettriku;
(v)
40 % għal derivattivi tal-elettriku;
(vi)
32 % għal derivattivi ta' ekwità;
(c)
l-ammont nozzjonali msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 279b(2) u (3) għad-derivattivi kollha elenkati f'dak il-punt; barra minn hekk, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi msemmija fil-punti (b)(iii) sa (b)(vi) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 279b(1);
(d)
l-iskopertura futura potenzjali tas-settijiet tan-netting imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tiġi mmultiplikata b'0,42. Għall-kalkolu tal-iskopertura potenzjali ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax u derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-punti b(i) u (b)(ii), istituzzjoni tista' tagħżel li tuża l-maturità oriġinali minflok il-maturità residwa tal-kuntratti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|