|
+Artikolu 287 2. |
Artikolu 287 2.L-unità ta’ kontroll tar-riskji għandha tkun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tas-CCR tagħha, inkluż il-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell, u għandha twettaq il-funzjonijiet li ġejjin u tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR tal-istituzzjoni;
(b)
għandha tipproduċi rapporti ta’ kuljum dwar, kif ukoll tanalizza, l-output tal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni. Dik l-analiżi għandha tinkludi evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-miżuri tal-valuri tal-iskoperturi għas-CCR u l-limiti ta’ negozjar;
(c)
għandha tikkontrolla l-integrità tad-data li tiddaħħal u tipproduċi u tanalizza rapporti dwar l-output tal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni, inkluża evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-miżuri tal-iskopertura għar-riskju u l-limiti tal-kreditu u tan-negozjar;
(d)
għandha tkun indipendenti mill-unitajiet responsabbli biex joħolqu, iġeddu jew jinnegozjaw skoperturi u ħielsa minn influenza mhux dovuta;
(e)
għandu jkollha biżżejjed persunal;
(f)
għandha tirraporta direttament lill-amministrazzjoni għolja tal-istituzzjoni;
(g)
il-ħidma tagħha għandha tkun integrata mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskji tal-kreditu tal-istituzzjoni;
(h)
l-output tagħha għandu jkun parti integrali mill-proċess ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil tal-kreditu u tar-riskju kumplessiv tal-istituzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|