+Artikolu 287 Strutturi organizzattivi għall-ġestjoni tas-CCR
---+Artikolu 287 1.
---+Artikolu 287 2.
---+Artikolu 287 3.
---+Artikolu 287 4.
|
Artikolu 287 Strutturi organizzattivi għall-ġestjoni tas-CCR
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 287 1.
|
Istituzzjoni li tuża IMM għandha tistabbilixxi u żżomm:
(a)
unità ta' kontroll tar-riskji li tikkonforma mal-paragrafu 2;
(b)
unità għall-ġestjoni tal-kollateral li tikkonforma mal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 287 2.
|
L-unità ta’ kontroll tar-riskji għandha tkun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tas-CCR tagħha, inkluż il-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell, u għandha twettaq il-funzjonijiet li ġejjin u tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-CCR tal-istituzzjoni;
(b)
għandha tipproduċi rapporti ta’ kuljum dwar, kif ukoll tanalizza, l-output tal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni. Dik l-analiżi għandha tinkludi evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-miżuri tal-valuri tal-iskoperturi għas-CCR u l-limiti ta’ negozjar;
(c)
għandha tikkontrolla l-integrità tad-data li tiddaħħal u tipproduċi u tanalizza rapporti dwar l-output tal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni, inkluża evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-miżuri tal-iskopertura għar-riskju u l-limiti tal-kreditu u tan-negozjar;
(d)
għandha tkun indipendenti mill-unitajiet responsabbli biex joħolqu, iġeddu jew jinnegozjaw skoperturi u ħielsa minn influenza mhux dovuta;
(e)
għandu jkollha biżżejjed persunal;
(f)
għandha tirraporta direttament lill-amministrazzjoni għolja tal-istituzzjoni;
(g)
il-ħidma tagħha għandha tkun integrata mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskji tal-kreditu tal-istituzzjoni;
(h)
l-output tagħha għandu jkun parti integrali mill-proċess ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil tal-kreditu u tar-riskju kumplessiv tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 287 3.
|
L-unità tal-ġestjoni tal-kollateral għandu jkollha dawn l-inkarigi u funzjonijiet li ġejjin:
(a)
tikkalkula u tagħmel sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni, tiġġestixxi kontestazzjonijiet dwar is-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni u tirraporta l-livelli tal-ammonti indipendenti, l-marġni inizjali u l-marġni ta’ varjazzjoni bi preċiżjoni ta’ kuljum;
(b)
tikkontrolla l-integrità tad-data użata sabiex tagħmel sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni, u tiżgura li hija konsistenti u li tkun rikonċiljata b’mod regolari mas-sorsi tad-data rilevanti kollha fi ħdan l-istituzzjoni;
(c)
tissorvelja sa fejn kollateral jintuża mill-ġdid u kwalunkwe emenda tad-drittijiet tal-istituzzjoni għal, jew f'konnessjoni mal-kollateral li tiddepożita;
(d)
tirrapporta lil-livell xieraq tal-maniġment dwar it-tipi ta’ assi kollaterali li jintużaw mill-ġdid, u t-termini ta’ tali użu mill-ġdid inkluż l-istrument, il-kwalità tal-kreditu u l-maturità;
(e)
tissorvelja l-konċentrazzjoni f'tipi individwali ta’ assi kollaterali aċċettati mill-istituzzjoni;
(f)
tirrapporta l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kollateral fuq bażi regolari, iżda mill-inqas minn kull tliet xhur, lill-amministrazzjoni għolja, inkluż informazzjoni dwar it-tip ta’ kollateral irċevut u depożitat, id-daqs, iż-żmien u l-kawża għall-kontestazzjonijiet tas-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni. Dak ir-rappurtar intern għandu wkoll jirrifletti x-xejriet f'dawn il-figuri.
|
|
Artikolu 287 4.
|
L-amministrazzjoni għolja għandha talloka biżżejjed riżorsi lill-unità tal-ġestjoni tal-kollateral meħtieġa taħt il-paragrafu 1(b) sabiex tiżgura li s-sistemi tagħha jiksbu l-livell xieraq ta’ prestazzjoni operattiva, kif ikkalkulat mill-prontezza u l-preċiżjoni tas-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni mill-istituzzjoni u l-prontezza tar-reazzjoni tal-istituzzjoni għas-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni mill-kontropartijiet tagħha. L-amministrazzjoni għolja għandha tiżgura li l-unità jkollha numru adegwat ta’ persunal sabiex jiġu pproċessati s-sejħiet u l-kontestazzjonijiet fil-ħin anki matul kriżi qawwija tas-suq, u sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tillimita l-għadd tagħha ta’ kontestazzjonijiet kbar ikkawżati mill-volumi tan-negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|