|
+Artikolu 325 2. |
Artikolu 325 2.Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkuolati f'konformità mal-approċċ standardizzat simplifikat għandhom ikunu s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif ikun applikabbli:
(a)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju fil-pożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 2, immoltiplikati bi:
(i)
1,3 , għar-riskji ġenerali u speċifiċi tal-pożizzjonijiet fl-istrumenti ta' dejn, esklużi l-istrumenti ta' titolizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 337;
(ii)
3,5 , għar-riskji ġenerali u speċifiċi ta' pożizzjonijiet fi strumenti azzjonarji;
(b)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmi fil-Kapitolu 3, immoltiplikati b'1,2 ;
(c)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet imsemmija fil-Kapitolu 4, immoltiplikati b'1,9 ;
(d)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istrumenti ta' titolizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 337. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|