+Artikolu 325 Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
---+Artikolu 325 1.
---+Artikolu 325 2.
---+Artikolu 325 3.
---+Artikolu 325 4.
---+Artikolu 325 5.
---+Artikolu 325 6.
---+Artikolu 325 7.
---+Artikolu 325 8.
---+Artikolu 325 9.
|
Artikolu 325 Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325 1.
|
Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u kull pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:
(a)
l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a;
(b)
l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b għal dawk il-pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat permess mill-awtorità kompetenti tagħha biex tuża dak l-approċċ alternattiv kif stabbilit fl-Artikolu 325az(1);
(c)
l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1).
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tikkalkula rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju għal pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju meta dawk il-pożizzjonijiet jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-użu tagħha tad-deroga stabbilita f'dan is-subparagrafu, inkluż l-impatt u l-materjalità tagħha, u tqiegħed l-informazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tagħha.
|
|
Artikolu 325 2.
|
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkuolati f'konformità mal-approċċ standardizzat simplifikat għandhom ikunu s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif ikun applikabbli:
(a)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju fil-pożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 2, immoltiplikati bi:
(i)
1,3 , għar-riskji ġenerali u speċifiċi tal-pożizzjonijiet fl-istrumenti ta' dejn, esklużi l-istrumenti ta' titolizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 337;
(ii)
3,5 , għar-riskji ġenerali u speċifiċi ta' pożizzjonijiet fi strumenti azzjonarji;
(b)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmi fil-Kapitolu 3, immoltiplikati b'1,2 ;
(c)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet imsemmija fil-Kapitolu 4, immoltiplikati b'1,9 ;
(d)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istrumenti ta' titolizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 337.
|
|
Artikolu 325 3.
|
Istituzzjoni li tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta' pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tagħha l-kalkolu ta' kull xahar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu għal kull post tan-negozjar li lilu jkunu ġew assenjati dawk il-pożizzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104b.
|
|
Artikolu 325 4.
|
Istituzzjoni tista' tuża kombinazzjoni tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu fuq bażi permanenti, dment li r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq ikkalkulati bl-użu tal-approċċ tal-mudell intern alternattiv jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tar-rekwiżiti ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq. Fuq bażi individwali, istituzzjoni ma għandha tuża l-ebda wieħed minn dawk l-approċċi kkombinat mal-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta' dan l-Artikolu. Fil-livell konsolidat, istituzzjoni tista' tuża kombinazzjoni ta' dawk it-tliet approċċi sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 325b(4), il-punt (b), dment li l-approċċ standardizzat simplifikat ma jintużax flimkien maż-żewġ approċċi l-oħra f'entità ġuridika waħda.
|
|
Artikolu 325 5.
|
Istituzzjoni ma għandhiex tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għal strumenti fil-portafoll tan-negozjar tagħha li huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet inklużi fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiv (ACTP) stabbilit fil-paragrafi 6, 7 u 8.
|
|
Artikolu 325 6.
|
Il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u d-derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-ACTP:
(a)
il-pożizzjonijiet la jkunu pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni, la opzjonijiet fuq segment ta' titolizzazzjoni, u lanqas xi derivati oħra ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni li ma jipprovdux sehem pro rata fir-rikavat ta' segment ta' titolizzazzjoni;
(b)
l-istrumenti sottostanti kollha tagħhom huma:
(i)
strumenti b'isem wieħed, inklużi derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed, li għalihom ikun jeżisti suq likwidu bidirezzjonali;
(ii)
indiċijiet negozjati spiss ibbażati fuq l-istrumenti msemmija fil-punt (i).
Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għax-xiri u l-bejgħ b'tali mod li prezz relatat li hu raġonevolment relatat mal-aħħar prezz ta' bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide kurrenti u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati b'dak il-prezz fi żmien relattivament qasir b'konformità mal-prattika tan-negozjar.
|
|
Artikolu 325 7.
|
Il-pożizzjonijiet bi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fl-ACTP:
(a)
l-istrumenti sottostanti li huma assenjati lill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punt (h) jew (i) tal-Artikolu 112;
(b)
pretensjoni fuq entità bi skop speċjali, ikkollateralizzata direttament jew indirettament, b'pożizzjoni, f'konformità mal-paragrafu 6, li hija nnifisha ma tkunx eliġibbli għal inklużjoni fl-ACTP.
|
|
Artikolu 325 8.
|
Fil-pożizzjonijiet tal-ACTP, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu pożizzjonijiet li la huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u lanqas derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti iżda li jiħħeġġjaw pożizzjonijiet oħra f'dak il-portafoll, sakemm jeżisti suq bidirezzjonali likwidu kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 għall-istrument jew l-istrumenti sottostanti tiegħu.
|
|
Artikolu 325 9.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) ta' dan l-Artikolu, b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 104b(5) u (6), fejn applikabbli. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|