|
+Artikolu 325j 1. |
Artikolu 325j 1.Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni f'CIU billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(a)
istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (a), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tixtarr il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIU, fuq bażi ta' kull xahar, daqslikieku dawk il-pożizzjonijiet kienu miżmumin direttament mill-istituzzjoni;
(b)
istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(i)
għandha tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta' ekwità unika allokata lill-bucket “settur ieħor” fl-Artikolu 325ap(1), it-Tabella 8;
(ii)
għandha tqis il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u fil-liġi rilevanti. Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii) ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi tas-CIU, bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 132a(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|