+Artikolu 325l 7.

Artikolu 325l 7.

Il-fatturi vega ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għar-rata ġenerali tal-imgħax għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati mingħajr riskju rilevanti kif deskritt fil-paragrafi 2 u 3, li għandhom jiġu assenjati għal buckets skont il-munita u kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'kull bucket: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita.

Għall-finijiet ta' netting, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-volatilitajiet implikati marbuta mal-istess rati mingħajr riskju u kklassifikati għall-istess maturitajiet biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju.

Meta l-istituzzjonijiet jikklassifikaw il-volatilitajiet implikati għall-maturitajiet kif imsemmi f'dan il-paragrafu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

fejn il-maturità tal-opzjoni hija allinjata mal-maturità tas-sottostanti, għandu jitqies fattur ta' riskju uniku, li għandu jkun ikklassifikat ma' dik il-maturità;

(b) 

fejn il-maturità tal-opzjoni hija iqsar mill-maturità tas-sottostanti, il-fatturi ta' riskju li ġejjin għandhom jitqiesu kif ġej:

(i) 

l-ewwel fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità tal-opzjoni;

(ii) 

it-tieni fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità residwa tas-sottostanti tal-opzjoni fid-data ta' skadenza tal-opzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit