+Artikolu 325l Fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax
---+Artikolu 325l 1.
---+Artikolu 325l 2.
---+Artikolu 325l 3.
---+Artikolu 325l 4.
---+Artikolu 325l 5.
---+Artikolu 325l 6.
---+Artikolu 325l 7.
---+Artikolu 325l 8.
---+Artikolu 325l 9.
|
Artikolu 325l Fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325l 1.
|
Għall-fatturi ta' riskju ġenerali kollha tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju ta' inflazzjoni u r-riskju bażi ta' bejn il-muniti, għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita, b'kull waħda tinkludi tipi ta' fatturi ta' riskju differenti. Il-fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għandhom ikunu r-rati mingħajr riskju rilevanti għal kull munita u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju lill-punti speċifikati b'interpolazzjoni lineari jew billi jużaw metodu li huwa l-iktar konsistenti mal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati mill-funzjoni ta' kontroll tar-riskju indipendenti tal-istituzzjoni biex tirrapporta r-riskju tas-suq jew il-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri.
|
|
Artikolu 325l 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu r-rati mingħajr riskju għal kull munita mill-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni li għandhom l-iktar riskju ta' kreditu baxx, bħal swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada.
|
|
Artikolu 325l 3.
|
Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu japplikaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rati mingħajr riskju għandhom ikunu bbażati fuq kurva ta' swaps implikata mis-suq waħda jew iktar użati mill-istituzzjoni biex tipprezza l-pożizzjonijiet skont il-valur tas-suq, bħall-kurvi ta' swaps ta' rati interbankarji offruti. Meta d-data dwar kurvi ta' swaps implikati mis-suq deskritti fil-paragrafu 2 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija insuffiċjenti, ir-rati mingħajr riskju jistgħu jiġu derivati mill-kurva tal-bonds sovrani l-iktar xierqa għal munita partikolari. Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax derivati f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għal strumenti tad-dejn sovran, l-istrumenti tad-dejn sovran m'għandhomx ikunu eżenti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxa ta' kreditu. F'dawk il-każijiet, fejn ma jkunx possibbli li tifred ir-rata mingħajr riskju mill-komponent tal-firxa ta' kreditu, is-sensittività għall-fattur ta' riskju għandu jiġi allokat kemm għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax kif ukoll għall-klassijiet tar-riskju tal-firxa ta' kreditu.
|
|
Artikolu 325l 4.
|
Fil-każ ta' fatturi ta' riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax, kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju fl-istess bucket, iżda b'maturitajiet differenti, piż ta' riskju differenti, f'konformità mat-Taqsima 6. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fatturi ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni għal strumenti tad-dejn li l-flussi tal-flus tagħhom huma funzjonalment dipendenti fuq ir-rati tal-inflazzjoni. Dawk il-fatturi ta' riskju addizzjonali għandhom jikkonsistu f'vettur wieħed ta' rati tal-inflazzjoni implikati mis-suq ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm rati tal-inflazzjoni użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.
|
|
Artikolu 325l 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-inflazzjoni bħala fattur ta' riskju uniku, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet kollha għall-inflazzjoni f'bucket, ikkalkulati kif deskritt f'dan il-paragrafu, sabiex tirriżulta f'sensittività netta waħda għal kull bucket.
|
|
Artikolu 325l 6.
|
L-istrumenti tad-dejn li jinvolvu ħlasijiet f'muniti differenti wkoll għandhom ikunu soġġetti għal riskju bażi bejn il-muniti bejn dawk il-muniti. Għall-finijiet tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, il-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu r-riskju bażi bejn il-muniti ta' kull munita kontra d-dollaru Amerikan jew l-euro. L-istituzzjonijiet għandhom jaħdmu l-bażijiet ta' bejn il-muniti li ma jirrelatawx mal-bażi kontra d-dollaru Amerikan jew il-bażi kontra l-euro bħala “bażi kontra d-dollaru Amerikan” jew “bażi kontra l-euro”. Kull fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti għandu jikkonsisti f'vettur wieħed ta' bażi bejn il-muniti ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm bażijiet bejn il-muniti użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket għandu jkun hemm żewġ fatturi distinti possibbli: bażi kontra l-euro u bażi kontra d-dollaru Amerikan, irrispettivament min-numru ta' komponenti li jkun hemm f'kull vettur bażi bejn il-muniti. In-numru massimu ta' sensittivitajiet netti għal kull bucket għandu jkun tnejn.
|
|
Artikolu 325l 7.
|
Il-fatturi vega ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għar-rata ġenerali tal-imgħax għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati mingħajr riskju rilevanti kif deskritt fil-paragrafi 2 u 3, li għandhom jiġu assenjati għal buckets skont il-munita u kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'kull bucket: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita. Għall-finijiet ta' netting, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-volatilitajiet implikati marbuta mal-istess rati mingħajr riskju u kklassifikati għall-istess maturitajiet biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju. Meta l-istituzzjonijiet jikklassifikaw il-volatilitajiet implikati għall-maturitajiet kif imsemmi f'dan il-paragrafu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
fejn il-maturità tal-opzjoni hija allinjata mal-maturità tas-sottostanti, għandu jitqies fattur ta' riskju uniku, li għandu jkun ikklassifikat ma' dik il-maturità;
(b)
fejn il-maturità tal-opzjoni hija iqsar mill-maturità tas-sottostanti, il-fatturi ta' riskju li ġejjin għandhom jitqiesu kif ġej:
(i)
l-ewwel fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità tal-opzjoni;
(ii)
it-tieni fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità residwa tas-sottostanti tal-opzjoni fid-data ta' skadenza tal-opzjoni.
|
|
Artikolu 325l 8.
|
Il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati mingħajr riskju, li jirrappreżentaw kurva tar-rendiment mingħajr riskju speċifika, għal kull munita. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati mingħajr riskju użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.
|
|
Artikolu 325l 9.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura f'konformità mal-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li jikkorrispondu għal kurvi tar-rendiment differenti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess munita. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-istess fattur ta' riskju. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda għal kull bucket. M'għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kurvatura għall-inflazzjoni u għar-riskji bażi bejn il-muniti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|