+Artikolu 379 1.

Artikolu 379 1.

Istituzzjoni għandha tkun meħtieġa żżomm fondi proprji, kif stabbilit fit-Tabella 2, meta jseħħ dan li ġej:

(a) 

tkun ħallset għal titoli, muniti barranin jew prodotti qabel ma tkun irċeviethom jew tkun ikkonsenjat titoli, muniti barranin jew prodotti qabel ma tkun irċeviet il-ħlas għalihom;

(b) 

fil-każ ta’ transazzjonijiet transkonfinali, ikunu għaddew ġurnata jew aktar minn meta tkun għamlet dak il-pagament jew il-konsenja.



Tabella 2

Trattament kapitali għal konsenji b’xejn

Kolonna 1

Kolonna 2

Kolonna 3

Kolonna 4

Tip ta’ Transazzjoni

Sal-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja

Mill-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa erbat ijiem wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja

Minn 5 ijiem ta’ xogħol wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa ma tispiċċa t-transazzjoni

Konsenja bla ħlas

L-ebda allokazzjoni ta' kapital

Trattata bħala skopertura

Trattata bħala skopertura għar-riskju ppeżata b'1 250  %

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit