+Artikolu 400 2.

Artikolu 400 2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw l-iskoperturi li ġejjin:

▼M17

(a) 

bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 129;

▼B

(b) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

▼M8

(c) 

skoperturi mġarrba minn istituzzjoni, inkluż permezz ta' parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz; l-iskoperturi li ma jissodisfawx dawn il-kriterji, kemm jekk ikunu kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;

▼B

(d) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-holdings jew tipi oħra ta’ holdings, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu li tkun assoċjata magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu f’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawk id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;

(e) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minnhom waħda topera fuq bażi mhux kompetittiva, u li tipprovdi jew tiggarantixxi għoti ta' self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħha, biex tippromwovi oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ superviżjoni governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kondizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew mill-garanziji fuq dan is-self;

(f) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għall-istituzzjonijiet, bil-kondizzjoni li dawk l-iskoperturi ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta' dawn l-istituzzjonijiet, u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u ma jkunux denominati f’munita kummerċjali ewlenija;

(g) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riservi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;

(h) 

elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kondizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;

▼M17

(i) 

50 % tad-dokumenti ta' kreditu tal-bucket 4 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda tal-bucket 3 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji li mhumiex garanziji fuq self li jkollhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li jkollhom l-istatus ta' istituzzjonijiet ta' kreditu;

▼B

(j) 

il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self b'ipoteka ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kondizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopetura peżati għar-riskju;

▼M8

(k) 

skoperturi fil-forma ta' kollateral jew garanzija għal self residenzjali, ipprovduti minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa tal-anqas aktar baxx minn dawn li ġejjin:

(i) 

it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;

(ii) 

l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-fornitur tal-protezzjoni;

▼M8

(l) 

skoperturi fil-forma ta' garanzija għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali, pprovduti minn aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni li tikkwalifika għall-klassifikazzjoni ta' kreditu li tkun mill-inqas aktar baxxa minn dawn li ġejjin:

(i) 

it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;

(ii) 

l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit