|
+Artikolu 402 3. |
Artikolu 402 3.Istituzzjoni tista' tittratta skopertura għal kontroparti li tirriżulta minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid li permezz tagħha l-istituzzjoni tkun xtrat mingħand il-kontroparti obbligazzjonijiet ipotekarji indipendenti nonaċċessorji fuq proprjetà immobbli ta' partijiet terzi, bħala numru ta' skoperturi individwali għal kull wieħed minn dawk il-partijiet terzi, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-kontroparti hija istituzzjoni jew ditta tal-investiment;
(b)
l-iskopertura tkun kompletament koperta minn drittijiet fuq il-proprjetà immobbli ta' dawk il-partijiet terzi li nxtraw mill-istituzzjoni u l-istituzzjoni tkun tista' teżerċita dawk id-drittijiet;
(c)
l-istituzzjoni tkun żgurat li r-rekwiżiti fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) huma ssodisfatti;
(d)
l-istituzzjoni ssir benefiċjarja tal-pretensjonijiet li l-kontroparti jkollha kontra l-partijiet terzi f'każ ta' inadempjenza, insolvenza jew likwidazzjoni tal-kontroparti;
(e)
l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 394 l-ammont totali ta' skoperturi għal kull istituzzjoni jew ditti tal-investiment oħra li huma trattati skont dan il-paragrafu. Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha tassumi li għandha skopertura għal kull waħda minn dawk il-partijiet minflok għall-ammont korrispondenti tal-iskopertura għall-kontroparti. Il-bqija tal-iskopertura għall-kontroparti, jekk ikun hemm, għandha tkompli tiġi trattata bħala skopertura għall-kontroparti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|