+35. Tħassib materjali dwar l - użu tat - trattament alternattiv għandu jkun ibbażat tal - inqas fuq …

35. Tħassib materjali dwar l - użu tat - trattament alternattiv għandu jkun ibbażat tal - inqas fuq …

Tħassib materjali dwar l - użu tat - trattament alternattiv għandu jkun ibbażat tal - inqas fuq waħda mir - raġunijiet li ġejjin:

Tħassib materjali fir - rigward tal - istituzzjoni

  • a) l- użu tat - trattament alternattiv iwassal jew x’aktarx iwassal għal ksur tal - limiti ta’ skopertura kbar tal - Artikolu 395(1) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • b) l- istituzzjoni ma tkunx qed tikkonforma mar - rekwiżiti ta’ rapportar tagħha f’konformità mal- Artikoli 394 u 430 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • c) it- trattament alternattiv ma jkunx integrat jew ikun integrat biss parzjalment fil - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tal - istituzzjoni;
  • d) is - sejbiet rilevanti minn spezzjonijiet fuq il - post, awditi interni u esterni jew valutazzjonijiet superviżorji oħra jipprovdu evidenza ta’ proċeduri interni insuffiċjenti għall - ġestjoni u/jew għall - monitoraġġ tal - użu tat - trattament alternattiv skont dawn il -linji gwida.

Tħassib materjali fir - rigward tal - ftehim dwar is - servizzi

  • e) id- dispożizzjonijiet inklużi fil - ftehim dwar is - servizzi ma jiżgurawx il - konformità mal - liġijiet applikabbli u r - rekwiżiti regolatorji, inklużi dawn il - linji gwida. B’mod partikolari:
  • i. id- dispożizzjoniji et tal- ftehim dwar is - servizzi rigward ir - reviżjoni tal - limiti speċifikati jagħmluha impossibbli għal istituzzjoni li titlob l - implimentazzjoni f’waqtha tal - bidliet biex tipprevjeni ksur tal - limiti ta’ skopertura kbar tal - Artikolu 395(1) tar -Regolament (UE) Nru 575/2013.
  • ii. l- istituzzjoni jew parti terza leġittima ma għandhiex id - dritt li tivverifika s - servizzi pprovduti mill - aġent ta’ tliet partijiet skont il - ftehim dwar is - servizzi biex tivverifika li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu fis - seħħ salvagwardji xierqa biex jiġi previst il - ksur tal - limiti speċifikati mill - istituzzjoni kif imsemmi fil - punt (b) tal - Artikolu 403(3) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;

Tħassib materjali fir - rigward tal - aġent ta’ tliet partijiet

  • f) l- aġent ta’ tliet partijiet huwa entità reg olata u l- awtorizzazzjoni tiegħu tiġi sussegwentement irtirata mill - awtorità kompetenti tiegħu;
  • g) ikun hemm evidenza li l - aġent ta’ tliet partijiet ma jkunx ikkonforma mar - rekwiżiti għall - introduzzjoni f’waqtha ta’ reviżjonijiet għal - limiti speċifikati skont it- termini tal - ftehim dwar is - servizzi, jew li ma jkunx osserva talbiet mill - istituzzjoni biex jiġu esklużi ċerti tipi ta’ kollateral jew emittenti ta’ kollateral; jew is - sistemi ta’ monitoraġġ tiegħu ma jipprevedux ġestjoni preċiża u fil - ħin tal - limiti speċifikati.

4.5.3 Proċedura għat - trattament ta’ tħassib materjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/