+Artikolu 428h 1.

Artikolu 428h 1.

B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, fejn ma japplikax l-Artikolu 428g, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ sabiex japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ogħla jew fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar baxx għall-assi, l-obbligazzjonijiet u l-faċilitajiet impenjati ta' kreditu jew ta' likwidità, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kontroparti tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni;

(ii) 

sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali;

(iii) 

impriża li hija relatata mal-istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(iv) 

membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament bħala l-istituzzjoni;

(v) 

il-korp ċentrali jew istituzzjoni ta' kreditu affiljata ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan r-Regolament;

(b) 

jeżistu raġunijiet biex wieħed jistenna li l-obbligazzjoni jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuta mill-istituzzjoni tikkostitwixxi sors ta' finanzjament iktar stabbli, jew li l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità mogħtija mill-istituzzjoni tkun tirrikjedi finanzjament inqas stabbli fuq perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett mill-istess obbligazzjoni, assi jew faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuti jew mogħtija minn kontropartijiet oħra;

(c) 

il-kontroparti tapplika fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun ugwali għal jew ogħla mill-fattur ogħla ta' finanzjament stabbli disponibbli jew japplika fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli li jkun ugwali għal jew anqas mill-fattur aktar baxx ta' finanzjament stabbli meħtieġ;

(d) 

l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit