+Artikolu 429b 5.

Artikolu 429b 5.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu li mekkaniżmu ta' saldu jirriżulta fl-ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett biss jekk, fid-data tas-saldu, ir-riżultat nett tal-flussi ta' flus kontanti tat-tranżazzjonijiet taħt dak il-mekkaniżmu jkun ugwali għall-ammont nett uniku taħt saldu nett u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

it-tranżazzjonijiet jiġu saldati permezz tal-istess sistema ta' saldu jew sistemi ta' saldu li jużaw infrastruttura ta' saldu komuni;

(b) 

l-arranġamenti ta' saldu jiġu appoġġati minn flus kontanti jew faċilitajiet ta' kreditu ta' dakinhar stess maħsuba biex jiżguraw li s-saldu tat-tranżazzjonijiet iseħħ sa tmiem il-ġurnata tan-negozju;

(c) 

ebda kwistjoni li tirriżulta mill-komponenti tat-titoli tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma tfixkel it-tlestija tas-saldu nett tal-flus kontanti riċevibbli u pagabbli.

Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tiġi ssodisfata biss meta l-falliment ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu jista' jdewwem is-saldu tal-komponent tal-flus kontanti korrispondenti biss jew jista' joħloq obbligu għall-mekkaniżmu ta' saldu, appoġġat minn faċilità ta' kreditu assoċjata.

Meta jkun hemm falliment tal-komponent tat-titoli ta' tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu fi tmiem il-perijodu għas-saldu fil-mekkaniżmu ta' saldu, l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu din it-tranżazzjoni u l-komponent tal-flus kontanti korrispondenti mis-sett tan-netting u jittrattawhom fuq bażi grossa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit