+Artikolu 39 Setgħat superviżorji
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.

Artikolu 39 Setgħat superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji neċessarji biex jintervjenu fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-attività tad-ditti tal-investiment b'mod effettiv u proporzjonat.
Artikolu 39 2.

►M2  Għall-finijiet tal-Artikolu 29, l-Artikolu 36, l-Artikolu 37(3) u l-Artikolu 38 ta’ din id-Direttiva u tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom mill-anqas is-setgħat li ġejjin: ◄

(a) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jkollhom fondi proprji lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 ta' din id-Direttiva, jew jaġġustaw il-fondi proprji u l-assi likwidi meħtieġa f'każ ta' tibdiliet materjali fin-negozju ta' dawk id-ditti tal-investiment;

(b) 

li jobbligaw it-tisħiħ tal-arranġamenti, tal-proċessi, tal-mekkaniżmi u tal-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 24 u 26;

(c) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jippreżentaw, fi żmien sena, pjan biex tinġieb lura l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) 2019/2033, li jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan u jeżiġu li jkun hemm titjib f'dak il-pjan fejn jidħlu l-kamp ta' applikazzjoni u l-iskadenza;

(d) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment japplikaw politika ta' proviżjonament speċifika jew trattament ta' assi speċifiku f'termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji;

(e) 

li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-operazzjonijiet jew in-netwerk ta' ditti tal-investiment jew li jitolbu l-investiment tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-solidità ta' ditta tal-investiment;

(f) 

li jobbligaw it-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, fil-prodotti u fis-sistemi tad-ditti tal-investiment, inklużi attivitajiet esternalizzati;

(g) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn dik ir-remunerazzjoni ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali solida;

(h) 

li jobbligaw lid-ditti tal-investiment jużaw il-profitti netti sabiex isaħħu l-fondi proprji;

(i) 

li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn ditta tal-investiment lill-azzjonisti, lill-membri jew lid-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn dik ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mid-ditta tal-investiment;

(j) 

li jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti meta mqabbla ma' dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033, inkluż ir-rapportar dwar il-pożizzjonijiet kapitali u tal-likwidità;

(k) 

li jimponu rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 42;

(l) 

li jobbligaw divulgazzjonijiet addizzjonali;

(m) 

li jirrikjedu lid-ditti tal-investiment inaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-netwerk u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-proċessi, id-data u l-assi tagħhom;

▼M2

(n) 

jitolbu lid-ditti tal-investiment inaqqsu l-iskoperturi għal kontroparti ċentrali jew jallinjaw mill-ġdid l-iskoperturi fil-kontijiet tal-ikklerjar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta l-awtorità kompetenti tqis li hemm riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiva li jirriżulta minn skoperturi għal dik il-kontroparti ċentrali.

▼B

Artikolu 39 3.

Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq id-ditti tal-investiment biss meta l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata ma tkunx duplikata u tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

japplika wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38;

(b) 

l-awtorità kompetenti tqis li hemm bżonn li tiġbor l-evidenza msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38.

(c) 

l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa għall-fini tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 36.

L-informazzjoni għandha titqies duplikata meta l-awtorità kompetenti jkollha diġà l-istess, jew sostanzjalment l-istess informazzjoni, meta dik l-informazzjoni tkun tista' tiġi ppreżentata mill-awtorità kompetenti jew tkun tista' tinkiseb mill-istess awtorità kompetenti permezz ta' mezzi oħrajn apparti obbligu fuq id-ditta tal-investiment li tirrapportaha. Awtorità kompetenti ma għandhiex titlob xi informazzjoni addizzjonali meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti f'format differenti jew livell ta' granularità mill-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi rrappurtata u l-format jew il-granularità differenti ma jżommuhiex milli tipproduċi informazzjoni sostanzjalment simili.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit