+Artikolu 32 Aġġustament tal-valwazzjoni tal-Kreditu

Artikolu 32 Aġġustament tal-valwazzjoni tal-Kreditu

Artikolu 32

Aġġustament tal-valwazzjoni tal-Kreditu

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, ''CVA'' tfisser aġġustament għall-valwazzjoni tas-suq medju tal-portafoll tat-transazzjonijiet ma' kontroparti li jirrifletti s-CMV tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għad-ditta tal-investiment, iżda ma jirriflettix is-CMV tar-riskju tal-kreditu tad-ditta tal-investiment għall-kontroparti.

CVA għandu jkun 1,5 għat-tranżazzjonijiet kollha minbarra dawn it-transazzjonijiet li ġejjin, li għalihom is-CVA għandu jkun 1:

(a) 

transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz, fejn dawk it-transazzjonijiet ma jeċċedux il-livell limitu tal-ikklirjar kif speċifikat fl-Artikolu 10(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;

(b) 

tranżazzjonijiet intragrupp kif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c) 

tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul;

(d) 

SFTs, inkluż tranżazzjonijiet ta’ self b’marġini, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-iskoperturi tar-riskju tas-CVA tad-ditta tal-investiment li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet huma materjali; u

(e) 

krediti u self msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 25(1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit