+Artikolu 43 CCP tranżitorja: rekwiżiti proċedurali
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3
---+Artikolu 43 4
---+Artikolu 43 5
---+Artikolu 43 6
---+Artikolu 43 7
|
Artikolu 43 CCP tranżitorja: rekwiżiti proċedurali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1
|
1. Is-CCP tranżitorja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a)
|
is-CCP tranżitorja għandha tfittex l-approvazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal dawn kollha li ġejjin:
|
(i)
|
ir-regoli tal-inkorporazzjoni tas-CCP tranżitorja;
|
|
(ii)
|
il-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, fejn dawk il-membri ma jkunux maħtura direttament mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(iii)
|
ir-responsabbiltajiet u r-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, meta r-rimunerazzjoni u r-responsabbiltajiet ma jiġux iddeterminati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni; u
|
|
(iv)
|
l-istrateġija u l-profil tar-riskju tas-CCP tranżitorja; u
|
(b)
|
is-CCP tranżitorja għandha tassumi l-awtorizzazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex tipprovdi s-servizzi jew twettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mit-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 42(1) ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Minkejja l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u fejn meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni, is-CCP tranżitorja tista’ tiġi awtorizzata mingħajr ma taderixxi mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal perijodu qasir fil-bidu tal-operat tagħha. Għal dak il-għan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippreżenta talba għal tali awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapprova t-tali awtorizzazzjoni, hija għandha tindika l-perijodu li matulu s-CCP tranżitorja tiġi eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dak il-perijodu ma għandux ikun itwal minn 12-il xahar. Matul dak il-perijodu, is-CCP tranżitorja għandha titqies bħala CCP kwalifikanti kif definit fil-punt (88) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament.
Minkejja l-perijodu msemmi fit-tieni subparagrafu, fil-każ ta’ rekwiżiti prudenzjali skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-eżenzjoni għandha tkun biss għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Jekk ikun meħtieġ, din tista’ tiġi estiża għal perijodu wieħed jew tnejn ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni.
|
|
|
|
|
Artikolu 43 2
|
2. Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, il-maniġment tas-CCP tranżitorja għandu jopera s-CCP tranżitorja bl-objettiv li jżomm il-kontinwità għall-funzjonijiet kritiċi tas-CCP tranżitorja, kif ukoll bl-objettiv li jbigħ is-CCP tranżitorja jew kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar fis-settur privat. Dan il-bejgħ għandu jsir meta l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa u fil-perijodu speċifikat fil-paragrafi 5 u, fejn applikabbli, 6.
|
|
Artikolu 43 3
|
3. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni li CCP transitorja m’għadhiex CCP transitorja skont it-tifsira tal-Artikolu 42(2) fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
is-CCP tranżitorja tiġi fuża ma’ entità oħra;
|
|
(c)
|
is-CCP tranżitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 42(2);
|
|
(d)
|
is-CCP tranżitorja jew sostanzjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jkunu ġew mibjugħa f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu;
|
|
(e)
|
il-perijodu speċifikat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jiskadi;
|
|
(f)
|
il-kuntratti kklirjati mis-CCP tranżitorja jkunu ġew saldati, ikunu skadew jew ikunu ngħalqu u d-drittijiet u l-obbligi tas-CCP relatati ma’ dawk il-kuntratti jkunu b’hekk kompletament ħielsa.
|
|
|
Artikolu 43 4
|
4. Qabel tbigħ is-CCP tranżitorja jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tirreklama d-disponibbiltà tal-elementi intiżi biex jinbiegħu u għandha tiżgura li dawn jiġu kkummerċjalizzati b’mod miftuħ u trasparenti u li ma jkunux materjalment rappreżentati ħażin.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha twettaq il-bejgħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq termini kummerċjali u ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina indebitament bejn l-akkwirenti potenzjali.
|
|
Artikolu 43 5
|
5. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tittermina l-operat ta’ CCP tranżitorja sentejn wara d-data li fiha jsir l-aħħar trasferiment mis-CCP taħt riżoluzzjoni.
Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tittermina l-operat ta’ CCP tranżitorja, hija għandha titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP tranżitorja.
|
|
Artikolu 43 6
|
6. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ testendi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 għal perijodu addizzjonali wieħed jew aktar ta’ sena meta l-estensjoni tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-eżiti msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 3.
Id-deċiżjoni li jiġi estiż il-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 għandha tkun motivata u għandha tinkludi valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tas-CCP tranżitorja fir-rigward tal-kondizzjonijiet tas-suq u l-prospett tas-suq rilevanti.
|
|
Artikolu 43 7
|
7. Meta l-operazzjonijiet ta’ CCP tranżitorja jiġu tterminati fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (d) jew (e) tal-paragrafu 3, is-CCP tranżitorja għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza.
Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja għandhom jibbenifikaw l-azzjonisti tagħha.
Meta CCP tranżitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijiet ta’ aktar minn CCP waħda taħt riżoluzzjoni, ir-rikavat imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi attribwit skont ir-referenza għall-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull CCP taħt riżoluzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|