|
+Artikolu 501c 1. |
Artikolu 501c 1.L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, abbażi tad-data disponibbli, tivvaluta jekk għandux jiġi aġġustat it-trattament prudenzjali ddedikat tal-iskoperturi relatati ma' assi jew obbligazzjonijiet, soġġett għall-impatt ta’ fatturi ambjentali jew soċjali. B'mod partikolari, l-EBA għandha tivvaluta:
(a)
id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' data ESG affidabbli u konsistenti għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II;
(b)
f'konsultazzjoni mal-EIOPA, il-fattibbiltà li tiġi introdotta metodoloġija standardizzata biex jiġu identifikati u kkwalifikati l-iskoperturi, għal kull klassi tal-iskoperturi ddeterminata f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, abbażi ta' sett komuni ta' prinċipji għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-ESG, bl-użu tal-informazzjoni dwar ir-riskju ta' tranżizzjoni u l-indikaturi tar-riskju fiżiku magħmula disponibbli mill-oqfsa ta' rapportar tad-divulgazzjoni dwar is-sostenibbiltà adottati fl-Unjoni u fejn ikunu disponibbli internazzjonalment, il-gwida u l-konklużjonijiet li ġejjin mill-ittestjar superviżorju tal-istress jew l-analiżi tax-xenarji tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima mwettqa mill-EBA jew mill-awtoritajiet kompetenti u jekk jiġu riflessi b'mod xieraq ir-riskji tal-ESG, il-punteġġ rilevanti tal-ESG tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta' kreditu minn ECAI nominata;
(c)
il-livell ta' riskju effettiv ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali meta mqabbel mal-livell ta' riskju ta' skoperturi oħra u r-reviżjonijiet addizzjonali u aktar komprensivi possibbli għall-qafas li għandhom jitqiesu, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi miftiehma fil-livell internazzjonali mill-BCBS;
(d)
l-effetti potenzjali fuq terminu qasir, medju u twil ta' trattament prudenzjali aġġustat ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali fuq l-istabbiltà finanzjarja u s-self bankarju fl-Unjoni;
(e)
it-titjib immirat li jista' jitqies fil-qafas prudenzjali attwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|