|
+Artikolu 509 5. |
Artikolu 509 5.Sal-31 ta’ Jannar 2014, l-ABE għandha barra minn hekk tirrapporta dwar dan li ġej:
(a)
id-definizzjonijiet uniformi ta' likwidità u kwalità kreditizzja għolja u estremament għolja;
(b)
l-konsegwenzi possibbli mhux previsti tad-definizzjoni ta' assi likwidi fuq il-kondotta tal-operazzjoni tal-politika monetarja u l-miżura safejn:
(i)
lista ta' assi likwidi li ma għandhiex konnessjoni mal-lista ta' assi eliġibbli tal-bank ċentrali tista' tinċentiva istituzzjonijiet biex jissottomettu assi eliġibbli li ma jkunux inklużi fid-definizzjoni ta' assi likwidi f'operazzjonijiet ta' ffinanzjar mill-ġdid;
(ii)
regolamentazzjoni tal-likwidità tista' tneħħi l-inċentiv ta' istituzzjonijiet li jsellfu jew jissellfu fis-suq tal-flus mhux garantit u jekk dan jistax iwassal biex jinħolqu dubji dwar l-objettivi tal-implimentazzjoni tal-politika monetarja EONIA;
(iii)
l-introduzzjoni tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità jista' jagħmilha aktar diffiċli għall-banek ċentrali li jiżguraw stabbiltà tal-prezzijiet bl-użu tal-istrumenti u l-qafas tal-politika monetarja attwali;
(c)
ir-rekwiżiti operattivi għall-holdings ta' assi likwidi, kif imsemmi fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 417, konformement mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|