+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 3.

Meta parteċipant fis-swieq finanzjarji jew konsulent finanzjarju jiddivulga lil partijiet terzi klassifikazzjoni ESG, kif definit fl-Artikolu 3, punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/3005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), bħala parti mill-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu, huwa għandu jinkludi fuq is-sit web tiegħu l-istess informazzjoni bħal dik meħtieġa mill-punt 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament u f’dawk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jiddivulga link għal dik l-informazzjoni ddivulgata fis-sit web.

L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kont meħud tal-informazzjoni diġà ddivulgata skont l-Artikolu ta’ dan ir-Regolament.

L-ESAs għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit