+Artikolu 13 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari d-Direttivi 2009/65/KE, 2014/65/UE u (UE) 2016/97 u r-Regolament (UE) Nru 1286/2014, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom ma jkunux f’kontradizzjoni mal-informazzjoni ddivulgata skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-ESAs jistgħu jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jistabbilixxu l-preżentazzjoni standard ta’ informazzjoni dwar il-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u investimenti sostenibbli. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Meta parteċipant fis-swieq finanzjarji jew konsulent finanzjarju jiddivulga lil partijiet terzi klassifikazzjoni ESG, kif definit fl-Artikolu 3, punt (1), tar-Regolament (UE) 2024/3005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), bħala parti mill-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu, huwa għandu jinkludi fuq is-sit web tiegħu l-istess informazzjoni bħal dik meħtieġa mill-punt 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament u f’dawk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jiddivulga link għal dik l-informazzjoni ddivulgata fis-sit web. L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kont meħud tal-informazzjoni diġà ddivulgata skont l-Artikolu ta’ dan ir-Regolament. L-ESAs għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|