+Artikolu 15a
---+Artikolu 15a 1.
---+Artikolu 15a 2.
---+Artikolu 15a 3.
---+Artikolu 15a 4.
---+Artikolu 15a 5.
---+Artikolu 15a 6.
---+Artikolu 15a 7.
---+Artikolu 15a 8.
---+Artikolu 15a 9.
---+Artikolu 15a 10.
|
Artikolu 15a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15a 1.
|
Maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għalihom biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”.
|
|
Artikolu 15a 2.
|
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti u għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;
(b)
l-informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;
(c)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1);
(d)
lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 stabbilixxew, jew bi ħsiebhom jistabbilixxu, fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II għandhom jirreferu għall-arranġamenti li saru għall-konformità mal-Artikoli 5, 6 u 10, l-Artikolu 13(2) u l-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 14(1).
|
|
Artikolu 15a 3.
|
Fejn l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu differenti, l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jimmaniġġja l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 15(2) humiex issodisfati. L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tipprovdi tweġiba fi żmien xahar mid-data li fiha hija tkun irċeviet it-talba mressqa mill-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.
|
|
Artikolu 15a 4.
|
Il-maniġers kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu rikjesti jipprovdu informazzjoni jew dokumenti li jkunu diġà pprovdew skont id-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 15a 5.
|
Wara li tkun ivvalutat id-dokumentazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 2, u tkun irċeviet kwalunkwe kjarifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tirreġistra fond bħala fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jekk il-maniġer ta’ dak il-fond jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 15(2).
|
|
Artikolu 15a 6.
|
L-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tinforma lill-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk dak il-fond ġiex reġistrat bħala fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li dak il-maniġer ikun pprovda d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 15a 7.
|
Ir-reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju sħiħ tal-Unjoni u għandha tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni kollha bid-denominazzjoni “EuSEF”.
|
|
Artikolu 15a 8.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 15a 9.
|
Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 15a 10.
|
L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex issaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|