|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.L-assi kollaterali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għal assi kollaterali fiżiċi, jeżistu standards ta’ valutazzjoni li huma ġeneralment aċċettati fost l-esperti u li huma xierqa għall-assi kollaterali fiżiċi kkonċernati u jeżisti reġistru pubbliku li jirreġistra s-sjieda ta’, u l-pretensjonijiet fuq, dawk l-assi kollaterali fiżiċi; jew
(b)
għal assi fil-forma ta’ skoperturi, is-sikurezza u s-solidità tal-kontroparti tal-iskopertura hija implikata b’setgħat ta’ ġbir tat-taxxa jew billi tiġi soġġetta għal superviżjoni pubblika kontinwa tas-sodezza operazzjonali u s-solvenza finanzjarja tal-kontroparti. L-assi kollaterali fiżiċi msemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkontribwixxu għall-kopertura ta’ obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert sal-inqas ammont tal-ammont prinċipali tar-rhuna li jkunu kkombinati ma’ kwalunkwe rahan preċedenti u 70 % tal-valur ta’ dawk l-assi kollaterali fiżiċi. L-assi kollaterali fiżiċi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jiggarantixxu assi kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jenħtieġu li jikkonformaw mal-limitu ta’ 70 % jew mal-limiti tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fejn, għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma jeżisti l-ebda reġistru pubbliku għal assi kollaterali fiżiku partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal forma alternattiva ta’ ċertifikazzjoni tas-sjieda ta’, u pretensjonijiet fuq, dak l-assi kollaterali fiżiku, sa fejn dik il-forma ta’ ċertifikazzjoni tipprovdi protezzjoni li tkun komparabbli mal-protezzjoni pprovduta minn reġistru pubbliku fis-sens li jippermetti lill-partijiet terzi interessati, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, jaċċessaw informazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-assi kollaterali fiżiku gravat, l-attribuzzjoni ta’ sjieda, id-dokumentazzjoni u l-attribuzzjoni ta’ gravami u l-infurzabbiltà ta’ interessi ta’ garanzija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|