+Artikolu 24 2

Artikolu 24 2

2.   Meta jivvalutaw il-kredibbiltà tal-likwidazzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw l-impatt probabbli tal-likwidazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-grupp fuq is-sistemi finanzjarji ta' kwalunkwe Stat Membru jew tal-Unjoni sabiex jiżguraw li jissokta l-aċċess għall-funzjonijiet kritiċi mwettqa mill-istituzzjoni jew il-grupp u sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/59/UE. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jqisu l-funzjonijiet li jwettqu l-istituzzjoni jew il-grupp u jivvalutaw jekk ikunx probabbli li l-likwidazzjoni tħalli impatt avvers materjali fuq xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-funzjonament tas-suq finanzjarju u l-impatt fuq il-kunfidenza tas-suq;

(b)

l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, b'mod partikolari:

(i)

jekk il-waqfien f'daqqa tal-attivitajiet ixekkilx il-funzjonament normali tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju b'mod li jħalli impatt negattiv fuq is-sistema finanzjarja kollha kemm hi;

(ii)

jekk u l-punt sa fejn l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju jistgħu jservu bħala kanali ta' kontaġju fil-proċess ta' likwidazzjoni;

(c)

istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, b'mod partikolari:

(i)

jekk il-likwidazzjoni żżidx il-kostijiet tal-finanzjament ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn jew tnaqqasx id-disponibbiltà tal-finanzjament għalihom b'mod li jkun ta' riskju għall-istabbiltà finanzjarja;

(ii)

ir-riskju ta' kontaġju dirett u indirett u l-effetti ta' rispons makroekonomiku;

(d)

l-ekonomija reali u b'mod partikolari fuq id-disponibbiltà ta' servizzi finanzjarji kritiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
  • EULAW_DA -

    EULAW_DA