1. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw jekk strateġija ta' riżoluzzjoni kandidata hijiex xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni fid-dawl tal-istruttura u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni jew tal-grupp, u r-reġimi ta' riżoluzzjoni applikabbli għall-entitajiet ġuridiċi fi grupp. Azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tittieħed fl-interess pubbliku jekk tkun neċessarja għall-kisba ta' wieħed jew iktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni u tkun proporzjonata għalih(om) u l-istralċ tal-istituzzjoni fi proċedimenti normali ta' insolvenza ma jissodisfax dawk l-objettivi tar-riżoluzzjoni daqstant.