3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-interessi komuni jew f'kunflitt ma' tal-inqas il-partijiet li ġejjin ikunu rilevanti:
|
(a)
|
il-maniġment superjuri u l-membri tal-korp maniġerjali tal-entità rilevanti;
|
|
(b)
|
il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jikkontrollaw jew li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti fl-entità rilevanti;
|
|
(c)
|
il-kredituri identifikati mill-awtorità tal-ħatra jew kwalunkwe awtorità oħra bħal din li tista' tingħata s-setgħa li twettaq dan il-kompitu fl-Istat Membru kkonċernat, li huma sinifikanti fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-ħatra jew kwalunkwe awtorità bħal din li tista' tingħata s-setgħa li twettaq dan il-kompitu fl-Istat Membru kkonċernat;
|
|
(d)
|
kull entità tal-grupp.
|