3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji jaqblu mal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u jindikaw limitu ta' żmien biex jirċievu l-kummenti bil-miktub u debitament motivati mingħand l-awtoritajiet kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-kriterji ta' valutazzjoni msemmijin fil-punti minn (a) sa (f) tal-Artikolu 45(6) tad-Direttiva 2014/59/UE. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jipprovdu ebda kumment fil-limitu ta' żmien stabbilit, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji għandhom jassumu li dawn l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom l-ebda kumment dwar il-proposti rispettivi skont il-paragrafu 1.