+Artikolu 99 4

Artikolu 99 4

4.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tipprovdi l-abbozz tal-valutazzjoni jew id-deċiżjoni tagħha lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni filwaqt li tagħti:

(a)

għall-finijiet tal-Artikolu 91 tad-Direttiva 2014/59/UE, l-opinjoni tagħha dwar l-impatt probabbli tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni notifikati jew tal-miżuri ta' insolvenza dwar il-grupp u dwar l-entitajiet tal-grupp fi Stati Membri oħrajn u, b'mod partikolari, jekk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri l-oħrajn jagħmluhiex probabbli li l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jkunu ssodisfati b'rabta ma' entità tal-grupp fi Stat Membru ieħor;

(b)

għall-finijiet tal-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-opinjoni tagħha dwar in-nuqqas ta' applikabbiltà ta' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet għal skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp kif imsemmijin fl-Artikolu 92(1) ta' dik id-Direttiva filwaqt li tqis il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu;

(c)

l-opinjoni tagħha dwar il-ħtieġa ta' mutwalizzazzjoni tal-arranġamenti ta' finanzjament għall-finijiet tal-pjan ta' finanzjament skont l-Artikolu 107 tad-Direttiva 2014/59/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
  • EULAW_DA -

    EULAW_DA