+Session Management

Session Management

Enforce procedures to limit, lock, and terminate system and remote sessions after a predefined period of inactivity.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 9 4

4.   Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom:

(a)

jiżviluppaw u jiddokumentaw politika tas-sigurtà tal-informazzjoni li tiddefinixxi r-regoli għall-protezzjoni tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, l-assi tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT, inkluż dawk tal-klijenti tagħhom, fejn applikabbli;

(b)

waqt li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jistabbilixxu struttura għaqlija għall-ġestjoni tan-netwerk u tal-infrastruttura bl-użu ta’ tekniki, metodi u protokolli xierqa li jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi awtomatizzati biex jiżolaw l-assi tal-informazzjoni fil-każ li jintlaqtu minn ċiberattakki;

(c)

jimplimentaw politiki li jillimitaw l-aċċess fiżiku jew loġiku għall-assi tal-informazzjoni u għall-assi tal-ICT għal dak li huwa meħtieġ għall-funzjonijiet u l-attivitajiet leġittimi u approvati biss, u għal dak il-għan jistabbilixxu sett ta’ politiki, proċeduri u kontrolli li jindirizzaw id-drittijiet tal-aċċess u jiżguraw l-amministrazzjoni għaqlija tagħhom;

(d)

jimplimentaw politiki u protokolli għal mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom, ibbażati fuq standards rilevanti u sistemi ta’ kontroll dedikati, u miżuri ta’ protezzjoni ta’ ċwievet kriptografiċi li bihom id-data tiġi kriptata abbażi tar-riżultati ta’ proċessi approvati ta’ klassifikazzjoni tad-data u ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-ICT;

(e)

jimplimentaw politiki, proċeduri u kontrolli dokumentati għall-ġestjoni tal-bidliet fl-ICT, inkluż bidliet fis-software, fil-hardware, fil-komponenti tal-firmware, parametri ta’ sistemi jew sigurtà, li jkunu bbażati fuq approċċ ta’ valutazzjoni tar-riskju u li huma parti integrali mill-proċess globali ta’ ġestjoni tat-tibdil tal-entità finanzjarja, sabiex jiżguraw li l-bidliet kollha fis-sistemi tal-ICT jiġu rreġistrati, ittestjati, ivvalutati, approvati, implimentati u vverifikati b’mod ikkontrollat;

(f)

ikollhom politiki dokumentati xierqa u komprensivi għal software korrettiv u ta’ aġġornament.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom ifasslu l-infrastruttura tal-konnessjoni tan-netwerk b’tali mod li din tkun tista’ tinqata’ b’mod istantanju jew tiġi segmentata sabiex jimminimizzaw u jipprevjenu l-kontaġju, speċjalment tal-proċessi finanzjarji interkonnessi.

Għall-finijiet tal- ewwel subparagrafu, il-punt (e), il-proċess ta’ ġestjoni tat-tibdil fl-ICT għandu jiġi approvat mil-livelli xierqa tal-maniġment u għandu jkollu protokolli speċifiċi stabbiliti.

EULAW Artikolu 12 4

4.   L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom iżommu kapaċitajiet tal-ICT żejda mgħammra b’riżorsi, kapaċitajiet u funzjonijiet li huma adegwati biex jiżguraw il-ħtiġijiet tan-negozju. Il-mikrointrapriżi għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jżommu tali kapaċitajiet żejda tal-ICT abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom.