+Backup Policy
|
Backup Policy
Define backup policies aimed at ensuring minimum downtime, limited disruption, and loss, and put in place restoration and recovery procedures. Specify the scope of the data subject to backups and the minimum frequency of backups, based on the criticality or confidentiality of data. Determine a Recovery Time Objective (RTO) and a Recovery Point Objective (RPO) based on data criticality and overall impact on market efficiency to ensure that service levels are met in extreme scenarios.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 12 1
1. Sabiex jiġi żgurat ir-restawr tas-sistemi tal-ICT u tad-data bl-iqsar perjodu ta’ qtugħ, tfixkil u telf limitati, bħala parti mill-qafas tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw:
|
(a)
|
politiki u proċeduri ta’ backup li jispeċifikaw l-ambitu tad-data li tkun soġġetta għall-backup u l-frekwenza minima tal-backup, abbażi tal-kritikalità tal-informazzjoni jew il-livell ta’ kunfidenzjalità tad-data;
|
|
(b)
|
proċeduri u metodi ta’ restawr u rkupru.
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 2
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ backup li jistgħu jiġu attivati skont il-politiki u l-proċeduri ta’ backup, kif ukoll il-proċeduri u l-metodi ta’ restawr u rkupru. L-attivazzjoni tas-sistemi ta’ backup ma għandhiex tipperikola s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni jew id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-inegrità jew il-kunfidenzjalità tad-data. L-ittestjar tal-proċeduri ta’ backup u tal-proċeduri ta’ restawr u rkupru għandhom jitwettqu perjodikament.
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 3
3. Meta jirrestawraw id-data ta’ backup bl-użu tas-sistemi proprji, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw sistemi tal-ICT li jkunu fiżikament u loġikament segregati mis-sistema tal-ICT tas-sors. Is-sistemi tal-ICT għandhom ikunu protetti b’mod sigur minn kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat jew korruzzjoni tal-ICT u jippermettu r-restawr f’waqtu tas-servizzi li jużaw id-data u l-backups tas-sistema kif meħtieġ.
Għall-kontropartijiet ċentrali, il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jippermettu l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha li kienu qed isiru meta seħħet l-tfixkil sabiex jippermettu lill-kontroparti ċentrali tkompli topera b’ċertezza u tlesti s-saldu fid-data skedata.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data għandhom barra minn hekk iżommu riżorsi adegwati u jkollhom fis-seħħ faċilitajiet ta’ backup u restawr sabiex joffru u jżommu s-servizzi tagħhom f’kull ħin.
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 6
6. Għad-determinazzjoni tal-ħin ta’ rkupru u tal-għanijiet tal-punt ta’ rkupru għal kull funzjoni, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu jekk hijiex funzjoni kritika jew importanti u l-impatt kumplessiv potenzjali fuq l-effiċjenza tas-suq. Tali objettivi tal-ħin għandhom jiżguraw li, f’xenarji estremi, jintlaħqu l-livelli ta’ servizz miftiehma.
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 7
7. Waqt l-irkupru minn inċident relatat mal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu l-kontrolli meħtieġa, inkluż kwalunkwe kontroll multiplu u rikonċiljazzjonijiet, sabiex jiżguraw li jinżamm l-ogħla livell tal-integrità tad-data. Dawn il-kontrolli għandhom isiru wkoll meta ssir ir-rikostruzzjoni tad-data minn partijiet interessati esterni, sabiex jiġi żgurat li d-data kollha tkun konsistenti bejn is-sistemi.
|
|