+Artikolu 101 1.

Artikolu 101 1.

Ir-responsabbiltà ta’ depożitarju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(12) tad-Direttiva 2011/61/UE ma għandhiex tiskatta sakemm id-depożitarju jista’ jipprova li ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-avveniment li wassal għat-telf mhux ir-riżultat ta’ kwalunkwe att jew ommissjoni tad-depożitarju jew ta’ parti terza għand min ġiet iddelegata l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja skont il-punt (a) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

id-depożitarju ma setax raġonevolment jevitata l-okkorrenza tal-avveniment li wassal għat-telf minkejja li adotta l-prekawzjonijiet kollha mistennija minn depożitarju diliġenti kif riflessi fil-prassi komuni fl-industrija;

(c) 

minkejja diliġenza dovuta rigoruża u komprensiva, id-depożitarju ma setax jevita t-telf.

Din il-kondizzjoni għandha titqies issodisfata meta d-depożitarju jkun żgura li d-depożitarju u l-parti terza għand min tkun ġiet iddelegata l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja skont il-punt (a) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE, ikunu ħadu l-azzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

stabbilixxew, implimentaw, applikaw u żammu strutturi u proċeduri u żguraw għarfien espert li huma adegwati u proporzjonati għan-natura u l-kumplessità tal-assi tal-AIF sabiex jidentifikaw fil-ħin u jimmonitorjaw fuq bażi kontinwa avvenimenti esterni li jistgħu jirriżultaw f’telf ta’ strument finanzjarju miżmuma f’kustodja;

(ii) 

ivvalutaw fuq bażi kontinwa jekk kwalunkwe avveniment identifikat skont il-punt (i) jippreżentax riskju sinifikanti ta’ telf ta’ strument finanzjarju miżmuma f’kustodja;

(iii) 

informaw lill-AIFM dwar ir-riskji sinifikanti identifikati u ħadu azzjonijiet xierqa, jekk hemm, biex jipprevjenu jew jimmitigaw it-telf ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja, fejn avvenimenti esterni attwali jew potenzjali ġew identifikati u huma maħsuba li jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ telf ta’ strument finanzjarju miżmuma f’kustodja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit