+Artikolu 10 Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-operaturi tas-suq u tad-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar. Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża u fir-rigward ta’ derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2). L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jippubblikaw id-dettalji ta’ dawn it-tranżazzjonijiet kollha qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru ta’ negozjar għandhom jagħtu aċċess, fuq termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti tagħhom biex jippubblikaw l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lid-ditti tal-investimenti li huma obbligati, skont l-Artikolu 21, jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2).
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-informazzjoni relatata ma’ tranżazzjoni f’pakkett għandha ssir disponibbli fir-rigward ta’ kull komponent qrib il-ħin reali daqs kemm ikun teknikament possibbli, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu allokati prezzijiet lil strumenti finanzjarji partikolari, u għandha tinkludi marka biex jiġi identifikat li l-komponent jappartjeni għal pakkett. Meta t-tranżazzjoni f’pakkett tkun eliġibbli għal pubblikazzjoni differita skont l-Artikolu 11 jew 11a, l-informazzjoni dwar il-komponent għandha ssir disponibbli wara li l-perjodu tad-differiment għat-tranżazzjoni jkun għadda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|