+Artikolu 8 3.

Artikolu 8 3.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ trażmissjoni, dwar ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp jew dwar kwalunkwe miżura li l-impriża prinċipali tal-Unjoni tkun mitluba tieħu skont l-Artikolu 6(5) u (6), is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu deċiżjoni huwa stess fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun ikkunsidra l-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Jekk, fi tmien dak il-perjodu ta’ erba’ xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tas-superviżur tal-konsolidazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit