+Artikolu 20 2
|
Artikolu 20 2
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm LIFE ladarba jkun hemm disponibbli biżżejjed informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn 42 xahar wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, bl-użu tal-indikaturi kif stabbilit f'konformità mal-Anness II.
L-evalwazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Programm LIFE;
|
|
(b)
|
l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;
|
|
(c)
|
il-grad ta' kemm intlaħqu l-objettivi tal-miżuri kollha filwaqt li jiġu speċifikati, fejn ikun possibbli, ir-riżultati u l-impatti;
|
|
(d)
|
is-suċċess attwali jew mistenni tal-proġetti fl-ingranaġġ ta' fondi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-benefiċċji ta' aktar koerenza ma' strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;
|
|
(e)
|
il-punt sa fejn jintlaħqu s-sinerġiji bejn l-objettivi u l-komplementarjetà tal-Programm LIFE ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni;
|
|
(f)
|
il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt fit-tul tal-Programm LIFE, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri;
|
|
(g)
|
il-punt sa fejn il-partijiet ikkonċernati kienu involuti;
|
|
(h)
|
analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribut tal-Programm LIFE għall-istat ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;
|
|
(i)
|
analiżi tal-kopertura ġeografika fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9(5), u, jekk ma tintlaħaq l-ebda kopertura bħal din, analiżi tar-raġunijiet sottostanti għat-tali nuqqas ta' kopertura.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|