+Artikolu 15 1.
|
Artikolu 15 1.
F’binjiet b’aktar minn appartament wieħed u f’binjiet b’diversi użi b’sors ċentrali ta’ tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistema ta’ tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-ilma sħun domestiku għal kull unità tal-bini, fejn teknikament fattibbli u kosteffettiv, jiġifieri jkun proporzjonati fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija potenzjali. Meta l-użu ta’ arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew meta ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejjel il-konsum tat-tisħin f’kull unità tal-bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-kost tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f’kull radjatur, sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta’ dawn l-allokaturi tal-kost tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F’dawk il-każijiet, jistgħu jitqiesu metodi kosteffiċjenti alternattivi għall-kejl tal-konsum tat-tisħin. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u l-proċeduri biex jiġu ddeterminati n-nuqqas ta’ fattibbiltà teknika u n-nuqqas ta’ kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati b’mod ċar minn kull Stat Membru.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|