|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.Il-Pjan għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:
(a)
miżuri u investimenti konkreti f’konformità mal-Artikolu 4 u 8 biex jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kif dawk il-miżuri u investimenti jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 fil-qafas ġenerali tal-politiki rilevanti ta’ Stat Membru;
(b)
fejn rilevanti, miżuri ta’ akkumpanjament konkreti, koerenti b’mod reċiproku u msaħħa biex jitwettqu l-miżuri u l-investimenti u jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (d);
(c)
informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi oħra internazzjonali, pubbliċi, tal-Unjoni jew, fejn rilevanti, privati li jikkontribwixxu għall-miżuri u investimenti li jinsabu fil-Pjan, inkluż informazzjoni dwar appoġġ dirett għall-introjtu temporanju;
(d)
stima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fuq l-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari fuq l-inċidenza tal-faqar enerġetiku u l-faqar fit-trasport, u fuq il-mikrointrapriżi; dawn l-effetti għandhom jiġu analizzati fil-livell territorjali xieraq kif definit minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu elementi u speċifiċitajiet nazzjonali, bħall-aċċess għat-trasport pubbliku u għal servizzi bażiċi, u jiġu identifikati ż-żoni l-aktar milquta;
(e)
stima tal-għadd ta’, u l-identifikazzjoni ta’, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli;
(f)
spjegazzjoni ta’ kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali;
(g)
fejn il-Pjan jipprevedi miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), il-kriterji għall-identifikazzjoni tar-riċevituri finali eliġibbli, il-limitu ta’ żmien previst għall-miżuri inkwistjoni u l-ġustifikazzjoni tagħhom abbażi ta’ stima kwantitattiva u spjegazzjoni kwalitattiva ta’ kif dawn il-miżuri huma mistennija jnaqqsu l-faqar enerġetiku, il-faqar tat-trasport u l-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi għal żieda fil-prezz tat-trasport bit-triq u l-fjuwil għat-tisħin;
(h)
l-objettivi intermedji previsti, il-miri u skeda ta’ żmien komprensiva indikattiva għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Lulju 2032;
(i)
fejn applikabbli, skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali tal-appoġġ għal vetturi b’emissjonijiet baxxi;
(j)
il-kostijiet totali stmati tal-Pjan, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni xierqa u spjegazzjonijiet ta’ kif huma konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonati għall-impatt mistenni tal-Pjan;
(k)
il-kontribuzzjoni nazzjonali prevista għall-kostijiet totali stmati, ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 15;
(l)
ħlief għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, spjegazzjoni ta’ kif il-Pjan jiżgura li l-ebda waħda mill-miżuri jew l-investimenti ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;
(m)
l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan mill-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari tal-objettivi intermedji u l-miri proposti, l-indikaturi komuni rilevanti msemmija fl-Anness IV, u jekk l-ebda wieħed minn dawn l-indikaturi ma jkun rilevanti għal miżura jew investiment speċifiku, indikaturi individwali addizzjonali proposti mill-Istat Membru kkonċernat;
(n)
għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, taqsira tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika msemmi fl-Artikolu 5;
(o)
spjegazzjoni tas-sistema tal-Istat Membru li tipprevjeni, tiskopri u tikkoreġi l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess, meta tintuża l-allokazzjoni finanzjarja pprovduta taħt il-Fond, u tal-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni;
(p)
fejn applikabbli u rilevanti, spjegazzjoni ta’ kif l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni u t-territorji ultraperiferiċi, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, żoni muntanjużi jew żoni li għadhom lura, ġew ikkunsidrati fil-Pjan;
(q)
fejn rilevanti, spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti għandhom l-għan li jindirizzaw l-inugwaljanza bejn il-ġeneri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|