|
+Artikolu 35 |
Artikolu 35Artikolu 35 Bidu tal-operazzjonijiet tar-router fir-rigward ta’ data oħra tal-PNR Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, mingħajr dewmien żejjed, id-data minn meta r-router jibda jopera fir-rigward ta’ data oħra tal-PNR permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni ladarba l-eu-LISA tkun infurmat lill-Kummissjoni bit-tlestija b’suċċess tat-testijiet komprensivi tar-router imsemmijin fl-Artikolu 25(6), inkluż dwar l-affidabbiltà tal-konnessjonijiet tar-router mat-trasportaturi bl-ajru u l-PIUs u dwar il-leġġibbiltà ta’ data oħra tal-PNR ittrasferita mit-trasportaturi bl-ajru u trażmessa mir-router fil-format standardizzat meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2016/681. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2). Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel paragrafu sabiex tkun mhux aktar minn 30 jum mid-data tal-adozzjoni ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|