+ID-DIRETTIVA 1999/94/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO 2 rigward il- marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
---+Artikolu 4
---+Artikolu 5
---+Artikolu 6
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
---+Artikolu 10
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12
---+Artikolu 13
---+Artikolu 14
---+ANNEX I DESCRIPTION OF THE LABEL ON FUEL ECONOMY AND CO2EMISSIONS
---+ANNEX II DESCRIPTION OF THE GUIDE ON FUEL ECONOMY AND CO2EMISSIONS
---+ANNEX III DESCRIPTION OF THE POSTER/DISPLAY TO BE DISPLAYED AT THE POINT OF SALE
---+ANNEX IV THE PROVISION OF DATA ON FUEL CONSUMPTION AND CO2EMISSIONS IN PROMOTIONAL LITERATURE
|
English -
European Union -
Environment -
ID-DIRETTIVA 1999/94/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO 2 rigward il- marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda
ID-DIRETTIVA 1999/94/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (
1
),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (
2
),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (
3
),
|
(1)
|
Billi l-Artikolu 174 tat-Trattat jitlob utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali; billi l-użu razzjonali ta' l-enerġija huwa wieħed mill-mezzi prinċipali li bih dan l-għan jista' jinkiseb u t-tniġġis ambjentali jitnaqqas;
|
|
(2)
|
Billi l-għan aħħari tal-Qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima huwa li tinkiseb stabilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-greenhouse gas fl-atmosfera f'livell li ma jħallix interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima;
|
|
(3)
|
Billi taħt il-Protokoll ta' Kyoto li jinsab mal-Qafas tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Bidla fil-Klima miftiehem fil-Konferenza ta' Kyoto ta' Diċembru 1997, il-Kummissjoni kienet aċċettat li timmira li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 dwar il-basket ta' gassijiet greenhouse bi 8 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990;
|
|
(4)
|
Billi bħala rikonoxximent ta' l-importanza tal-karozzi tal-passiġġieri bħala sors ta' emissjonijiet tas-CO2, il-Kummissjoni kienet ipproponiet strateġija Komunitarja li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u ttejjeb l-ekonomija tal-karburant; billi fil-Konklużżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1996 il-Kunsill laqa b' sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni;
|
|
(5)
|
Billi t-tagħrif għandu rwol vitali fit-tħaddim tal-forzi tas-suq; billi l-provvista ta' tagħrif eżatt, relevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri jista' jinfluwenza l-għażla tal-konsumatur favur dawk il-karozzi li jużaw anqas karburant u għalhekk jarmu anqas CO2, waqt li b'hekk jinkoraġġixxu lill-fabbrikanti biex jieħdu passi biex inaqqsu l-konsum tal-karburant tal-karozzi li huma jiffabbrikaw;
|
|
(6)
|
Billi l-preżenza ta' tikketti fuq karozzi wżati fil-post tal-bejgħ jista' jinfluwenza x-xerrejja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri favur karozzi b'konsum baxx, billi din il-karatteristika titqies meta l-karozza terġa tinbiegħ; billi huwa għalhekk xieraq, b'konnessjoni ma l-ewwel reviżjoni ta' din id-Direttiva, li jiġi kkunsidrat li jitkabbar l-iskop għall-karozzi wżati koperti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE tas-17 ta' Diċembru 1993 billi tiġi adattata għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE relatata mal-konsum tal-karburant ta' karozzi bil-mutur (
4
);
|
|
(7)
|
Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi żviluppata tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant fuq il-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri li tiġi esibita fil-post tal-bejgħ;
|
|
(8)
|
Billi tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant għandu jkun fiha tagħrif dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 li ġew stabbiliti skond l-istandards armonizzati u l-metodi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 li tkun relatata ma' l-emissjonijiet ta' dijossidu karboniku u mal-konsum tal-karburant tal-karozzi bil-mutur (
5
);
|
|
(9)
|
Billi huwa meħtieġ li tagħrif standardizzat supplimentari dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet kollha fis-suq tal-karozzi ġodda jkun disponibbli f'forma adattata kemm fil-post tal-bejgħ kif ukoll mill-korp nominat f'kull Stat Membru; billi dak it-tagħrif jista' jkun utli għall-konsumaturi biex jiffurmaw id-deċiżjoni tagħhom ta' xiri qabel ma jidħlu fix-showrooom jew li jagħżlu li ma jużawx is-servizzi ta' bejjiegħ jew li ma jżurux showroom meta jixtru karozza ġdida;
|
|
(10)
|
Billi huwa importanti li klijenti potenzjali jkunu konxji, fil-post tal-bejgħ, tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri l-aktar effiċjenti fil-karburant disponibbli f'dak il-post tal-bejgħ;
|
|
(11)
|
Billi l-letteratura promozzjonali, u kif xieraq, il-materjal promozzjonali l-ieħor kollu, użat fil-marketing ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, għandu jkun fih id-data relevanti dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 għall-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri li dwarhom jittratta,
|
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
|
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1 Billi l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiżgura li t-tagħrif relatat ma' l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri offruti għall-bejgħ jew għall-kiri fil-Komunità jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi biex jippermetti lill-konsumaturi biex jagħmlu għażla informata.
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 2 Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
1. “karozza tal-passiġġieri” tfisser kull karozza bil-mutur tal-kategorija M1, kif definita fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE (
6
) u li taqa' fl-ambitu tad-Direttiva 80/1268/KEE. Din ma tinkludix karozzi li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 92/61/KEE (
7
) u karozzi b'għan speċjali kif definiti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE;
2. “karozza ġdida tal-passiġġieri” tfisser kull karozza tal-passiġġieri li ma tkunx inbiegħet qabel lil persuna li tkun xtratha bi skop ieħor ħlief dak li tbiegħha jew tikkunsinnaha;
3. “ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 70/156/KEE;
4. “post tal-bejgħ” tfisser post, bħal showroom tal-karozzi jew roqgħa art miftuħa fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri lil klijenti prospettivi. Fieri kummerċjali fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jiġu ppreżentati quddiem il-pubbliku huma inklużi f'din it-tifsira;
5. “konsum uffiċjali tal-karburant” tfisser konsum tal-karburant tat-tip approvat mill-awtorità li tapprova skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuż maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valur li għandu jingħata lill-konsum tal-karburant ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla konsum uffiċjali f'dak il-grupp;
6. “emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2” għal karozza tal-passiġġieri partikolari tfisser dawk imkejjla skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuża maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valuri li għandhom jingħataw għas-CO2 ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla emissjonijiet uffiċjali tas-CO2 f'dak il-grupp;
7. “tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant” tfisser tikketta li jkun fiha tagħrif għall-konsumatur dwar il-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 tal-karozza li magħha t-tikketta tkun imwaħħla;
8. “gwida ta' l-ekonomija dwar il-konsum” tfisser kompilazzjoni ta' data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant u dwar l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 għal kull mudell disponibbli fis-suq tal-karozzi ġodda;
9. “letteratura promozzjonali” tfisser il-materjal kollu stampat użat fil-marketing, fir-reklamar u fil-promozzjoni ta' karozzi lill-pubbliku in ġenerali. Din tinkludi, bħala minimu, manwali tekniċi, fuljetti , reklami fil-gazzetti, rivisti, stampa kummerċjali u kartelluns;
10. “għamla” tfisser l-isem kummerċjali mogħti mill-fabbrikant u huwa dik li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumenti ta' l-approvazzjoni tat-tip;
11. “mudell” tfisser id-deskrizzjoni kummerċjali ta' l-għamla, tat-tip, u, fejn ikun il-każ u jkun xieraq il-varjant u l-verżjoni tal-karozza tal-passiġġieri;
12. “tip”, “varjant” u “verżjoni” ifissru d-diversi vetturi ta' għamla partikolari li jiġu ddikjarati mill-fabbrikant, kif deskritti fl-Anness II. B li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE, u unikament indentifikati mill-karattri alfanumeriċi skond il-verżjoni, it-tip u l-varjant.
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2, li tkun skond il-ħtiġiet deskritti fl-Anness I, tkun imwaħħla jew esibita, b'mod li tkun tidher, ħdejn kull mudell ġdid ta' karozza tal-passiġġieri fil-post tal-bejgħ.
|
|
Artikolu 4
|
Artikolu 4 Mingħajr preġudizzju għat-twaqqif mill-Kummissjoni ta' gwida fuq l-Internet fuq livell Komunitarju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħoloq gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 b'konsultazzjoni mal-fabbrikanti almenu fuq bażi ta' kull sena skond il-ħtiġiet ta'l-Anness II. Il-gwida għandha tkun tista' tinġarr, tkun ċkejkna fid-daqs u tkun tista tinkiseb mingħajr ħlas għall-konsumaturi meta tintalab kemm fil-post tal-bejgħ kif ukoll mingħand korp nominat f'kull Stat Membru. L-awtorità jew awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 8 jistgħu jikkooperaw fit-tħejjija tal-gwida.
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull għamla ta' karozza, kartellun (jew inkella, kartellun) tiġi esibita flimkien ma' lista bid-data tal-konsum uffiċjali tal-karburant u bid-data uffiċjali dwar l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-mudelli ġodda kollha tal-karozzi tal-passiġġieri esibiti jew offruti għall-bejgħ jew għall-kiri ġo jew permezz ta' dak il-post tal-bejgħ. Dan it-tagħrif għandu jintwera f'post promineneti u skond il-format fl-Anness III.
|
|
Artikolu 6
|
Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-letteratura promozzjonali kollha jkun fiha d-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant u dik uffiċjali speċifika dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri li għalihom din tirreferi skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jipprovdu materjal promozzjonali barra minn dak tal-letteratura promozzjonali msemmija hawn fuq li jindika d-d ata uffiċjali dwar l-emissjoni tas-CO2 d-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant tal-mudell speċifiku tal-karozza li għalih jirreferi.
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-presenza ta' tikketti, gwidi, kartelluni u letteratura promozzjonali u materjal imsemmi fl-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta' marki oħra, simboli jew iskrizzjonijiet relatati mal-konsum tal-karburant jew ma' l-emissjonijiet tas-CO2 li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva huma pprojbiti, jekk il-wiri tagħhom ikun jista joħloq konfużjoni mal-konsumaturi prospettivi ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni u l-funzjonament ta' l-iskema tat-tagħrif għall-konsumatur deskritta f'din id-Direttiva.
▼M3
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 9 1. Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi ma' din id-Direttiva u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tagħha għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3) wara konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet oħra interessati. Biex jiġi assistit dan il-proċess ta' adattament kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2003, rapport dwar l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jkopri l-perjodu mit-18 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002. Il-format ta' dan ir-rapport għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2) mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2001. 2. Addizzjonalemnt għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri mmirati lejn:
(a) aktar speċifikazzjoni tal-format tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 3 billi tadatta l-Anness I;
(b) aktar speċifikazzjoni tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-gwida msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jiġu klassifikati mudelli ġodda ta' karozzi biex b'hekk ikun jista' jsir elenku tal-mudelli skond l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-karburant fi klassijiet speċifikati, inkluża klassi għal elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant;
(ċ) it-twaqqif ta' rakkomandazzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-dispożizzjonijiet dwar il-letteratura promozzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 lil media u materjali oħra.
Il-miżuri li hemm referenza għalihom fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3). Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2).
▼M2
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjunha minn kumitat. 2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (
8
) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
▼M3
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
▼B
|
|
Artikolu 11
|
Artikolu 11 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 12 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sat-18 ta' Jannar 2001. Dawn għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkun hemm magħhom dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 13 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
|
|
Artikolu 14
|
Artikolu 14 Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.
|
|
ANNEX I DESCRIPTION OF THE LABEL ON FUEL ECONOMY AND CO2EMISSIONS
|
ANNEX I DESCRIPTION OF THE LABEL ON FUEL ECONOMY AND CO2 EMISSIONS The Member States must ensure, as a minimum, that all fuel economy labels in their territory:
1. comply to a standardised format in order to allow greater recognition by consumers;
2. are of a size of 297 mm × 210 mm (A4);
3. contain a reference to the model and fuel type of the passenger car to which they are attached;
4. contain the numerical value of the official fuel consumption and the official specific emissions of CO2. The value of the official fuel consumption is expressed in either litres per 100 kilometres (l/100 km), or an appropriate combination of these and is quoted to one decimal place. The official specific emissions of CO2 are quoted to the nearest whole number in grams per kilometre (g/km).
Such values can be expressed in different units (gallons and miles) to the extent compatible with the provisions of Directive 80/181/EEC (
9
).
5. contain the following text regarding the availability of the guide on fuel consumption and CO2 emissions: ‘A guide on fuel economy and CO2 emissions which contains data for all new passenger car models is available at any point of sale free of charge’
6. contain the following text: ‘In addition to the fuel efficiency of a car, driving behaviour as well as other non-technical factors play a role in determining a car's fuel consumption and CO2 emissions. CO2 is the main greenhouse gas responsible for global warming’
|
|
ANNEX II DESCRIPTION OF THE GUIDE ON FUEL ECONOMY AND CO2EMISSIONS
|
ANNEX II DESCRIPTION OF THE GUIDE ON FUEL ECONOMY AND CO2 EMISSIONS The Member States must ensure that the guide on fuel economy and CO2 emissions contains, as a minimum, the following information:
1. a listing of all new passenger car models available for purchase within the Member States on a yearly basis, grouped by makes in alphabetic order. If in a Member State the guide is updated more than once a year, then the guide should contain a listing of all new passenger car models available on the date of the publication of this update;
2. for each model that appears in the guide, the fuel type, the numerical value of the official fuel consumption and the official specific emissions of CO2. The value of the official fuel consumption is expressed in either litres per 100 kilometres (l/100 km) or kilometres per litre (km/l), or an appropriate combination of these, and is quoted to one decimal place. The official specific emissions of CO2 are quoted to the nearest whole number in grams per kilometre (g/km).
Such values can be expressed in different units (gallons and miles) to the extent compatible with the provisions of Directive 80/181/EEC;
3. a prominent listing of the 10 most fuel-efficient new passenger car models ranked in order of increasing specific emissions of CO2 for each fuel type. The listing must contain the model, the numerical value of the official fuel consumption and the official specific emissions of CO2;
4. advice to motorists that correct use and regular maintenance of the vehicle and driving behaviour, such as avoiding aggressive driving, travelling at lower speeds, anticipation braking, correctly inflating tyres, reducing periods of idling, not carrying excessive weight, improve the fuel consumption and reduce the CO2 emissions of their passenger car;
5. an explanation of the effects of greenhouse gas emissions, potential climate change and the relevance of motor cars as well as a reference to the different fuel options available to the consumer and their environmental implications based on the latest scientific evidence and legislative requirements;
6. a reference to the Community's target for the average emissions of CO2 from new passenger cars and the date of which the target should be achieved;
7. a reference to the Commission's guide on fuel economy and CO2 emissions on the Internet, when available.
▼M1
|
|
ANNEX III DESCRIPTION OF THE POSTER/DISPLAY TO BE DISPLAYED AT THE POINT OF SALE
|
ANNEX III DESCRIPTION OF THE POSTER/DISPLAY TO BE DISPLAYED AT THE POINT OF SALE The Member States must ensure that the poster/display meets, as a minimum, the following requirements:
1. the poster or display is a minimum size of 70 cm × 50 cm;
2. the information is easy to read;
3. in a display where information is provided on an electronic screen, the screen size shall be at least 25 cm × 32 cm (17 inches). The information may be shown using scroll techniques;
4. the passenger car models are grouped and listed separately according to fuel type (e.g. petrol or diesel etc.). Within each fuel type, models are ranked in order of increasing CO2 emissions, with the model with the lowest official fuel consumption being placed at the top of the list;
5. for each passenger car model in the list the make, the numerical value of the official fuel consumption and the official specific emissions of CO2 are given. The value of the official fuel consumption is expressed in either litres per 100 kilometres (l/100 km), kilometres per litre (km/l), or an appropriate combination of these, and is quoted to one decimal place. The official specific emissions of CO2 are quoted to the nearest whole number in grams per kilometre (g/km).
Such values may be expressed in different units (gallons and miles) to the extent compatible with the provisions of Directive 80/181/EEC.
A suggested format is shown below:
6. the poster/display contains the following text regarding the availability of the guide on fuel economy and CO2 emissions: ‘A guide on fuel economy and CO2 emissions which contains data for all new passenger car models is available at any point of sale free of charge’; in the case of a display featuring an electronic screen this message must be permanently visible;
7. the poster/display contains the following text: ‘In addition to the fuel efficiency of a car, driving behaviour as well as other non-technical factors play a role in determining a car's fuel consumption and CO2 emissions. CO2 is the main greenhouse gas responsible for global warming’; in the case of a display featuring an electronic screen this message must be permanently visible;
8. the poster/display will be updated at least every six months. Where an electronic display is used, the information shall be updated at least every three months;
9. the poster/display may be substituted completely and permanently by an electronic screen. In this case the electronic screen shall be presented in such a way that it attracts the awareness of the consumer at least with the same intensity as a poster/display would have achieved.
▼B
|
|
ANNEX IV THE PROVISION OF DATA ON FUEL CONSUMPTION AND CO2EMISSIONS IN PROMOTIONAL LITERATURE
|
ANNEX IV THE PROVISION OF DATA ON FUEL CONSUMPTION AND CO2 EMISSIONS IN PROMOTIONAL LITERATURE The Member States must ensure that all promotional literature contains the official fuel consumption and official specific CO2 emissions data of the vehicles to which it refers. This information should, as a minimum, meet the following requirements:
1. be easy to read and no less prominent than the main part of the information provided in the promotional literature;
2. be easy to understand even on superficial contact;
3. officiel fuel consumption data should be provided for all different car models to which the promotional material covers. If more than one model is specified then either the official fuel consumption data for all the models specified is included or the range between the worst and best fuel consumption is stated. Fuel consumption is expressed in either litres per 100 kilometers (l/100 km), kilometers per litre (km/l) or an appropriate combination of these. All numerical data are quoted to one decimal place.
Such values may be expressed in different units (gallons and miles) to the extent compatible with the provisions of Directive 80/181/EEC.
If the promotional literature only contains referance to the make, and not to any particular model, then fuel consumption data need not be provided.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|