|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Għall-finijiet ta' din id-Direttiva: 1. “karozza tal-passiġġieri” tfisser kull karozza bil-mutur tal-kategorija M1, kif definita fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE ( 6 ) u li taqa' fl-ambitu tad-Direttiva 80/1268/KEE. Din ma tinkludix karozzi li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 92/61/KEE ( 7 ) u karozzi b'għan speċjali kif definiti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE; 2. “karozza ġdida tal-passiġġieri” tfisser kull karozza tal-passiġġieri li ma tkunx inbiegħet qabel lil persuna li tkun xtratha bi skop ieħor ħlief dak li tbiegħha jew tikkunsinnaha; 3. “ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 70/156/KEE; 4. “post tal-bejgħ” tfisser post, bħal showroom tal-karozzi jew roqgħa art miftuħa fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri lil klijenti prospettivi. Fieri kummerċjali fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jiġu ppreżentati quddiem il-pubbliku huma inklużi f'din it-tifsira; 5. “konsum uffiċjali tal-karburant” tfisser konsum tal-karburant tat-tip approvat mill-awtorità li tapprova skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuż maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valur li għandu jingħata lill-konsum tal-karburant ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla konsum uffiċjali f'dak il-grupp; 6. “emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2” għal karozza tal-passiġġieri partikolari tfisser dawk imkejjla skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuża maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valuri li għandhom jingħataw għas-CO2 ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla emissjonijiet uffiċjali tas-CO2 f'dak il-grupp; 7. “tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant” tfisser tikketta li jkun fiha tagħrif għall-konsumatur dwar il-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 tal-karozza li magħha t-tikketta tkun imwaħħla; 8. “gwida ta' l-ekonomija dwar il-konsum” tfisser kompilazzjoni ta' data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant u dwar l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 għal kull mudell disponibbli fis-suq tal-karozzi ġodda; 9. “letteratura promozzjonali” tfisser il-materjal kollu stampat użat fil-marketing, fir-reklamar u fil-promozzjoni ta' karozzi lill-pubbliku in ġenerali. Din tinkludi, bħala minimu, manwali tekniċi, fuljetti , reklami fil-gazzetti, rivisti, stampa kummerċjali u kartelluns; 10. “għamla” tfisser l-isem kummerċjali mogħti mill-fabbrikant u huwa dik li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumenti ta' l-approvazzjoni tat-tip; 11. “mudell” tfisser id-deskrizzjoni kummerċjali ta' l-għamla, tat-tip, u, fejn ikun il-każ u jkun xieraq il-varjant u l-verżjoni tal-karozza tal-passiġġieri; 12. “tip”, “varjant” u “verżjoni” ifissru d-diversi vetturi ta' għamla partikolari li jiġu ddikjarati mill-fabbrikant, kif deskritti fl-Anness II. B li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE, u unikament indentifikati mill-karattri alfanumeriċi skond il-verżjoni, it-tip u l-varjant. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|