IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (
1
),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (
2
),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (
3
),
|
(1)
|
Billi l-Artikolu 174 tat-Trattat jitlob utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali; billi l-użu razzjonali ta' l-enerġija huwa wieħed mill-mezzi prinċipali li bih dan l-għan jista' jinkiseb u t-tniġġis ambjentali jitnaqqas;
|
|
(2)
|
Billi l-għan aħħari tal-Qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima huwa li tinkiseb stabilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-greenhouse gas fl-atmosfera f'livell li ma jħallix interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima;
|
|
(3)
|
Billi taħt il-Protokoll ta' Kyoto li jinsab mal-Qafas tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Bidla fil-Klima miftiehem fil-Konferenza ta' Kyoto ta' Diċembru 1997, il-Kummissjoni kienet aċċettat li timmira li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 dwar il-basket ta' gassijiet greenhouse bi 8 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990;
|
|
(4)
|
Billi bħala rikonoxximent ta' l-importanza tal-karozzi tal-passiġġieri bħala sors ta' emissjonijiet tas-CO2, il-Kummissjoni kienet ipproponiet strateġija Komunitarja li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u ttejjeb l-ekonomija tal-karburant; billi fil-Konklużżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1996 il-Kunsill laqa b' sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni;
|
|
(5)
|
Billi t-tagħrif għandu rwol vitali fit-tħaddim tal-forzi tas-suq; billi l-provvista ta' tagħrif eżatt, relevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri jista' jinfluwenza l-għażla tal-konsumatur favur dawk il-karozzi li jużaw anqas karburant u għalhekk jarmu anqas CO2, waqt li b'hekk jinkoraġġixxu lill-fabbrikanti biex jieħdu passi biex inaqqsu l-konsum tal-karburant tal-karozzi li huma jiffabbrikaw;
|
|
(6)
|
Billi l-preżenza ta' tikketti fuq karozzi wżati fil-post tal-bejgħ jista' jinfluwenza x-xerrejja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri favur karozzi b'konsum baxx, billi din il-karatteristika titqies meta l-karozza terġa tinbiegħ; billi huwa għalhekk xieraq, b'konnessjoni ma l-ewwel reviżjoni ta' din id-Direttiva, li jiġi kkunsidrat li jitkabbar l-iskop għall-karozzi wżati koperti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE tas-17 ta' Diċembru 1993 billi tiġi adattata għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE relatata mal-konsum tal-karburant ta' karozzi bil-mutur (
4
);
|
|
(7)
|
Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi żviluppata tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant fuq il-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri li tiġi esibita fil-post tal-bejgħ;
|
|
(8)
|
Billi tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant għandu jkun fiha tagħrif dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 li ġew stabbiliti skond l-istandards armonizzati u l-metodi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 li tkun relatata ma' l-emissjonijiet ta' dijossidu karboniku u mal-konsum tal-karburant tal-karozzi bil-mutur (
5
);
|
|
(9)
|
Billi huwa meħtieġ li tagħrif standardizzat supplimentari dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet kollha fis-suq tal-karozzi ġodda jkun disponibbli f'forma adattata kemm fil-post tal-bejgħ kif ukoll mill-korp nominat f'kull Stat Membru; billi dak it-tagħrif jista' jkun utli għall-konsumaturi biex jiffurmaw id-deċiżjoni tagħhom ta' xiri qabel ma jidħlu fix-showrooom jew li jagħżlu li ma jużawx is-servizzi ta' bejjiegħ jew li ma jżurux showroom meta jixtru karozza ġdida;
|
|
(10)
|
Billi huwa importanti li klijenti potenzjali jkunu konxji, fil-post tal-bejgħ, tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri l-aktar effiċjenti fil-karburant disponibbli f'dak il-post tal-bejgħ;
|
|
(11)
|
Billi l-letteratura promozzjonali, u kif xieraq, il-materjal promozzjonali l-ieħor kollu, użat fil-marketing ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, għandu jkun fih id-data relevanti dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 għall-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri li dwarhom jittratta,
|
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: