+ANNESS I

ANNESS I

ANNESS I

DOKUMENT TA' QBID TA' DISSOSTICHUS U DOKUMENT TA' ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID TA' DISSOSTICHUS

Id-dokument ta' qbid u d-dokument ta' ri-esportazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(1) Numru ta' identifikazzjoni speċifiku, li jikkonsisti minn:

(i) numru ta' erba' ċifri li jikkonsistu mill-kodiċi ta' żewġ ċifri tal-pajjiż ta' l-Organizzazzjoni ta' Standards Internazzjonali (ISO), segwit mill-aħħar żewġ ċifri tas-sena li għaliha nħareġ id-dokument:

(ii) numru ta' sekwenza ta' tliet ċifri (li jibda b'001) biex tiġi indikata l-ordni li fiha jinħarġu l-formoli tad-dokumenti ta' qbid.

2. L-informazzjoni li ġejja:

(i) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' l-awtorità li ħarġet il-formola tad-dokument ta' qbid;

(ii) l-isem, il-port ta' residenza, in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali u s-sinjal ta' sejħa tal-bastiment u, jekk applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu ta' l-IMO/Lloyd's;

(iii) in-numru tal-liċenza jew il-permess maħruġ għall-bastiment, kif applikabbli;

(iv) il-piż ta' kull speċi ta' Dissostichus żbarkata jew trasbordata skond it-tip tal-prodott, u

(a) skond is-subżona jew id-diviżjoni ta' statistika tal-CCAMLR jekk tinqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni, u/jew

(b) skond iż-żona, is-subżona jew id-diviżjoni ta' statistika ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jekk tinqabad barra ż-żona tal-Konvenzjoni;

(v) id-dati li fihom ittieħdet il-qabda;

(vi) fil-każ ta' żbarkar, id-data u l-port li fihom ġiet żbarkata l-qabda; jew fil-każ ta' trasbord, id-data u l-isem tal-bastiment, il-bandiera u n-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tiegħu (għall-bastimenti Komunitarji, in-numru tar-reġistrazzjoni interna fir-reġistru tal-flotta allokat lill-bastiment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità);

(vii) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' min jirċievi l-qabda u l-ammont ta' kull speċi u tip ta' prodott irċevut; u

(viii) id-dettalji tat-trasport fit-taqsima ta' l-esportazzjoni tad-dokument ta' qbid ta' Dissostichus u fit-taqsima ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid tad-dokument ta' l-esportazzjoni mill-ġdid ta' Dissostichus, kif xieraq:

(1) jekk bil-baħar:

— numru/i ta' container(s) jew, jekk aktar minn containerwieħed, lista tan-numri ta' containers fuq dokument mehmuż iffirmat u ttimbrat għal validazzjoni mill-awtorità ta' validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus jew dokumenti ta' esportazzjoni mill-ġdid ta' Dissostichus; jew

— isem tal-bastiment; u

— id-dokument tat-tagħbija, id-data u l-post ta' ħruġ

2. jekk bl-ajru:

— in-numru tat-titjira, in-numru ta' l-irċevuta tat-titjira, il-post u d-data ta' ħruġ

3. jekk b'mezz ieħor (trasportazzjoni bl-art):

— in-numru tar-reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-truck; jew

— in-numru tat-trasport tal-ferrovija; u

— data u post ta' ħruġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit