+IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I Disposizzjonijiet ġenerali
------+Artikolu 1 Għan
------+Article 2 Scope
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+KAPITOLU II Obbligi ta' l-Istat ta' Reġistrazzjoni.
------+Artikolu 4
------+Artikolu 5
------+Artikolu 6
------+Artikolu 7
---+KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
------+Artikolu 8
------+Artikolu 9
------+Artikolu 10
------+Artikolu 11
------+Artikolu 12
---+KAPITOLU IV L-obbligi ta' l-Istati Membri f'każ ta' żbark, importazzjoni, esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta'Dissostichus spp.
------+Article 13
------+Artikolu 14
------+Article 15
------+Artikolu 16
---+KAPITOLU V L-Obbligi ta' l-importaturi u l-esportaturi
------+Article 17
------+Artikolu 18
------+Artikolu 19
---+KAPITOLU VI Trasmissjoni ta'data
------+Article 20
------+Artikolu 21
------+Artikolu 22
---+Il-Kapitolu VIa Il-Bejgħ tal-ħut maqbud bil-liġi jew konfiskat
------+Artikolu 22a
---+KAPITOLU VII Disposizzjonijiet finali
------+Artikolu 23
------+Artikolu 24
------+Artikolu 25
------+Artikolu 26
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
|
English -
European Union -
Environment -
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 miġjub fih,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (
1
),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (
2
), Billi:
|
(1)
|
Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Rizorsi Marini Ħajjin tal-Baħar Antartiku, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”, ġiet approvata permezz ta' Deċiżjoni 81/691/KEE (
3
) u daħlet fis-seħħ rigward il-Komunità fil-21 ta' Mejju 1982.
|
|
(2)
|
Il-Konvenzjoni tipprovdi qafas għal koperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' fawna u flora tal-baħar Antartiku permezz ta' l-istabbiliment ta' Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku, hawnhekk iktar ‘il quddiem imsejħa “CCAMLR”, u l-adozzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni li jsiru vinkolanti bejn il-Partijiet Kontraenti.
|
|
(3)
|
Fit-tmintax-il Laqgħa Annwali f'Novembru ta' l-1999, il-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) adottat il-miżura ta' konservazzjoni 170/XVIII li tistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.
|
|
(4)
|
L-introduzzjoni ta' skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp. hija intiża li ttejjeb il-kontroll ta' kummerċ internazzjonali ta' l-ispeċi u biex tiddentifika l-oriġini ta' kull Dissostichus spp. li jkunu importati minn jew esportati lejn it-territorji tal-partijiet kontraenti tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR).
|
|
(5)
|
Id-dokument ta' qbid għandu wkoll jagħmilha possibli li wieħed jistabbilixxi jekk id-Dissostichus spp. kienx maħsud fiż-żona tal-Konvenzjoni b'mod konsistenti mal-miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) u biex tinġabar data ta' qbid sabiex tiffaċilita l-evalwazzjoni xjentifika ta' ħażniet.
|
|
(6)
|
Il-miżura ta' konservazzjoni 170/XVIII saret vinkolanti mal-Partijiet Kontraenti kollha fid-9 ta' Mejju 2000. Għaldaqstant il-Komunità għandha timplimentaha.
|
|
(7)
|
Sabiex il-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) tilħaq l-għan ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi, l-obbligazzjoni ta' preżentazzjoni ta' dokument ta' qbid għandha tiġi fis-seħħ fir-rigward ta' l-importazzjoni kollha tad-Dissostichus spp.
|
|
(8)
|
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' l-implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni (
4
),
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
|
|
KAPITOLU I Disposizzjonijiet ġenerali
|
KAPITOLU I Disposizzjonijiet ġenerali
|
|
KAPITOLU II Obbligi ta' l-Istat ta' Reġistrazzjoni.
|
KAPITOLU II Obbligi ta' l-Istat ta' Reġistrazzjoni.
|
|
KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
|
KAPITOLU III L-Obbligi tal-kaptan.
|
|
KAPITOLU IV L-obbligi ta' l-Istati Membri f'każ ta' żbark, importazzjoni, esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta'Dissostichus spp.
|
KAPITOLU IV L-obbligi ta' l-Istati Membri f'każ ta' żbark, importazzjoni, esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta'Dissostichus spp.
|
|
KAPITOLU V L-Obbligi ta' l-importaturi u l-esportaturi
|
KAPITOLU V L-Obbligi ta' l-importaturi u l-esportaturi
|
|
KAPITOLU VI Trasmissjoni ta'data
|
KAPITOLU VI Trasmissjoni ta'data
|
|
Il-Kapitolu VIa Il-Bejgħ tal-ħut maqbud bil-liġi jew konfiskat
|
Il-Kapitolu VIa Il-Bejgħ tal-ħut maqbud bil-liġi jew konfiskat
|
|
KAPITOLU VII Disposizzjonijiet finali
|
KAPITOLU VII Disposizzjonijiet finali
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I DOKUMENT TA' QBID TA' DISSOSTICHUS U DOKUMENT TA' ESPORTAZZJONI MILL-ĠDID TA' DISSOSTICHUS
Id-dokument ta' qbid u d-dokument ta' ri-esportazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(1) Numru ta' identifikazzjoni speċifiku, li jikkonsisti minn:
(i) numru ta' erba' ċifri li jikkonsistu mill-kodiċi ta' żewġ ċifri tal-pajjiż ta' l-Organizzazzjoni ta' Standards Internazzjonali (ISO), segwit mill-aħħar żewġ ċifri tas-sena li għaliha nħareġ id-dokument:
(ii) numru ta' sekwenza ta' tliet ċifri (li jibda b'001) biex tiġi indikata l-ordni li fiha jinħarġu l-formoli tad-dokumenti ta' qbid.
2. L-informazzjoni li ġejja:
(i) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' l-awtorità li ħarġet il-formola tad-dokument ta' qbid;
(ii) l-isem, il-port ta' residenza, in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali u s-sinjal ta' sejħa tal-bastiment u, jekk applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu ta' l-IMO/Lloyd's;
(iii) in-numru tal-liċenza jew il-permess maħruġ għall-bastiment, kif applikabbli;
(iv) il-piż ta' kull speċi ta' Dissostichus żbarkata jew trasbordata skond it-tip tal-prodott, u
(a) skond is-subżona jew id-diviżjoni ta' statistika tal-CCAMLR jekk tinqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni, u/jew
(b) skond iż-żona, is-subżona jew id-diviżjoni ta' statistika ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jekk tinqabad barra ż-żona tal-Konvenzjoni;
(v) id-dati li fihom ittieħdet il-qabda;
(vi) fil-każ ta' żbarkar, id-data u l-port li fihom ġiet żbarkata l-qabda; jew fil-każ ta' trasbord, id-data u l-isem tal-bastiment, il-bandiera u n-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tiegħu (għall-bastimenti Komunitarji, in-numru tar-reġistrazzjoni interna fir-reġistru tal-flotta allokat lill-bastiment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità);
(vii) l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-fax ta' min jirċievi l-qabda u l-ammont ta' kull speċi u tip ta' prodott irċevut; u
(viii) id-dettalji tat-trasport fit-taqsima ta' l-esportazzjoni tad-dokument ta' qbid ta' Dissostichus u fit-taqsima ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid tad-dokument ta' l-esportazzjoni mill-ġdid ta' Dissostichus, kif xieraq:
(1) jekk bil-baħar:
— numru/i ta' container(s) jew, jekk aktar minn containerwieħed, lista tan-numri ta' containers fuq dokument mehmuż iffirmat u ttimbrat għal validazzjoni mill-awtorità ta' validazzjoni ta' dokumenti ta' qbid ta' Dissostichus jew dokumenti ta' esportazzjoni mill-ġdid ta' Dissostichus; jew
— id-dokument tat-tagħbija, id-data u l-post ta' ħruġ
2. jekk bl-ajru:
— in-numru tat-titjira, in-numru ta' l-irċevuta tat-titjira, il-post u d-data ta' ħruġ
3. jekk b'mezz ieħor (trasportazzjoni bl-art):
— in-numru tar-reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-truck; jew
— in-numru tat-trasport tal-ferrovija; u
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|