|
+Artikolu 6 Kondizzjonijiet dwar l-għoti ta' deroga |
Artikolu 6 Kondizzjonijiet dwar l-għoti ta' derogaArtikolu 6 Kondizzjonijiet dwar l-għoti ta' deroga 1. Meta l-Kummissjoni tkun tikkunsidra l-għoti ta' deroga, għandha tagħmel dan skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 12(2), u fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin: — użu f'applikazzjonijiet ta' tixrid fuq livell baxx, pjuttost milli f'applikazzjonijiet ta' tixrid wiesgħa; — użu f'applikazzjonijiet speċifiċi industrijali u/jew istituzzjonali biss; — ir-riskju għall-ambjent jew għas-saħħa preżentat mill-volum ta' bejgħ u l-mod ta' kif jintuża fil-Komunità ikun żgħir meta mqabbel mal-benefiċċji soċjo-ekonomiċi, inklużi sigurtà ta' l-ikel u standards ta' iġjene. 2. Sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni dwar talba għal deroga, t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-surfactant in-kwistjoni jista' jibqa' sejjer, basta li l-fabbrikant ikun jista' juri li s-surfactant kien diġà qed jintuża fis-suq tal-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li t-talba għad-deroga kienet saret fi żmien sentejn minn dik id-data. 3. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba għal deroga, dan għandha tagħmlu fi żmien 12-il xahar wara li tkun irċeviet mill-Istat Membru l-evalwazzjoni msemmija f’Artikolu 5(3), ħlief fil-każ ta' Artikolu 5(4) u (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE meta l-perjodu għandu jkun ta' 18-il xahar. Tista' tistabbilixxi perjodu transitorju li matulu t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-surfactant in-kwistjoni għandu jispiċċa bil-mod il-mod. Dan il-perjodu transitorju m'għandux ikun aktar minn sentejn mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fl-Anness VI il-lista ta' surfactants li jkunu ġew identifikati bħala li ma jħarsux dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|