|
+Artikolu 15 Klawsola ta' salvagward |
Artikolu 15 Klawsola ta' salvagwardArtikolu 15 Klawsola ta' salvagward 1. Meta Stat Membru jkollu raġunijiet ġustifikabbli biex jaħseb li diterġent speċifiku, għalkemm jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jikkostitwixxi riskju għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali jew riskju għall-ambjent, jista’ jieħu l-miżuri provviżorji xierqa kollha skont in-natura tar-riskju, sabiex jiżgura li d-diterġent konċernat ma jibqax ikun ta’ riskju, jitneħħa mis-suq jew jiġi rtirat f’perjodu raġonevoli ta’ żmien jew li d-disponibbiltà tiegħu tiġi ristretta. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu għal din id-deċiżjoni. 2. Wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri, jew, jekk xieraq, mal-kumitat rilevanti tekniku jew xjentifiku tal-Kummissjoni, għandha tittieħed deċiżjoni dwar dan fi żmien disgħin jum skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 12(2). L-Artikolu 16 Rapport 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-kontenut tal-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur mqiegħda fis-suq fit-territorji tagħhom u fid-dawl ta’ kull informazzjoni xjentifika ġdida jew eżistenti li jkollha għad-dispożizzjoni fir-rigward ta’ sustanzi użati li fihom il-fosfati u f’formulazzjonijiet alternattivi, tevalwa permezz ta’ evalwazzjoni fid-dettal jekk ir-restrizzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness VIa għandhiex tiġi modifikata. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-impatt fuq l-ambjent, l-industrija u l-konsumaturi tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur b’livelli ta’ fosfru ogħla u aktar baxxi mill-valur limitu imniżżla fl-Anness VIa, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet fosthom il-kost, id-disponibbiltà, l-effiċjenza tal-ħasil u l-impatti fuq it-trattament tal-ilma mormi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dik il-valutazzjoni bir-reqqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni, abbażi ta’ din il-valutazzjoni dettaljata imsemmija fil-paragrafu 1, tqis lir-restrizzjoni tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru użati fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur teħtieġ reviżjoni, hija għandha, sal-1 ta’ Lulju 2015, tippreżenta, proposta leġiżlattiva xierqa. Kull tali proposta għandu jkollha l-għan li timminimizza l-impatt negattiv mill-prodotti kollha tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur fuq l-ambjent usa’, filwaqt li jitqies kull kost ekonomiku kif identifikat f’dik il-valutazzjoni bir-reqqa. Sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi ta’ tali proposta, ma jiddeċidux xort’oħra sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-valur limitu stipulata fil-punt 2 tal-Anness VIa għandu jsir il-limitu għall-kontenut tal-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur mid-data stipulata f’dak il-punt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|