+ANNESS VII

ANNESS VII

ANNESS VII

TIKKETTAR U SKEDA BIT-TAGĦRIF DWAR L-INGREDJENTI

A.   Tikettar għall-kontenut

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar it-tikkettar għandhom japplikaw għall-ippakkjar tad-deterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali.

Il-meded ta’ perċentwali ta’ piż li ġejjin:

— inqas minn 5 %

— 5 % jew aktar iżda anqas minn 15 %,

— 15 % jew aktar iżda anqas minn 30 %,

— 30 % jew iktar

għandhom jintużaw biex jindikaw il-kontenut tas-sustanzi kostitwenti elenkati hawn isfel meta dawn jiżdiedu b’ konċentrazzjoni ‘l fuq minn 0.2 % bil-piż:

— fosfati,

— fosfonati,

—  surfactants anjoniċi,

—  surfactants katjoniċi,

—  surfactants amfoteriċi,

—  surfactants mhux joniċi,

— aġenti li jibbliċjaw ibbażati fuq l-ossiġenu,

— aġenti li jibbliċjaw ibbażati fuq il-klorin,

— EDTA u l-imluħ tiegħu,

— NTA (aċdu nitrilotrijaċetiku) u l-imluħ tiegħu,

— fenoli u fenoli aloġenati,

— paradiklorobenzene,

— idrokarburi aromatiċi,

— idrokarburi alifatiċi,

— idrokarburi aloġenati,

— sapun,

— żeoliti,

— polikarbossilati.

Il-klassijiet li ġejjin ta’ sustanzi kostiwenti, jekk jiżdiedu, għandhom jiġu elenkati irrespettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom:

— enżimi

— diżinfettanti

— sustanzi li joħolqu luminożità ottika,

— fwejjaħ.

Jekk ikunu miżjuda, il-konservanti għandhom jiġu elenkati, tkun xi tkun il-konċentrazzjoni tagħhom, bl-użu, fejn possibbli, tan-nomenklatura komuni stabbilita skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosżmetiċi ( 34 ).

Jekk ikunu miżjuda, f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu 0.01 % bil-piż, il-fwejjaħ allerġeniċi li jidhru fuq il-lista tas-sustanzi fl-Anness III, Parti I tad-Direttiva 76/768/KEE, bħala riżultat ta’ l-emenda tiegħu mid-Direttiva 2003/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 35 ) sabiex jiġu inklużi l-ingredjenti tal-fwejjaħ allerġeniċi mil-lista li ġiet stabbilita l-ewwel mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kosżmetiċi u l-Prodotti li Mhumiex ta’ l-Ikel (SCCNFP) fl-opinjoni SCCNFP/0017/98 tiegħu, għandhom jiġu elenkati bl-użu tan-nomenklatura ta’ dik id-Direttiva, kif għandha tkun kull fwieħa allerġenika oħra li sussegwentement tiżdied ma’ l-Anness III, Parti I tad-Direttiva 76/768/KEE mill-addattament ta’ dak l-Anness għall-progress tekniku.

▼M5 —————

▼M1

L-indirizz tal-websajt li minnu tista’ tinkiseb il-lista ta’ l-ingredjenti msemmija f’taqsima D ta’ l-Anness VII għandha tingħata fuq l-ippakkjar.

Għad-deterġenti maħsuba għall-użu fis-settur industrijali u istituzzjonali, u li mhumiex disponibbli għall-pubbliku, il-ħtiġijiet imsemmija hawn fuq m’għandhomx jintlaħqu jekk l-informazzjoni ekwivalenti tingħata permezz ta’ skedi tekniċi, skedi dwar is-sikurezza, jew b'mod xieraq simili.

▼M5

B.    Tikketti b’informazzjoni dwar id-dożaġġ

Kif preskritt fl-Artikolu 11(4), id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar it-tikketti għandhom japplikaw għall-ipakkettar ta’ diterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali.

Diterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ għall-Konsumatur

Il-pakketti ta’ diterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali maħsuba għall-użu bħala diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

— il-kwantitajiet rakkomandati u/jew l-istruzzjonijiet dwar dożaġġi espressi f’millilitri jew grammi xierqa għal ħasla waħda b’magna tal-ħasil standard, għal livelli ta’ ilma ħafif, ftit tqil u pjuttost tqil u tagħmel provvediment għal proċess ta’ ħasliet f’ċiklu wieħed jew tnejn,

— għal diterġenti magħmula għal xogħol iebes, in-numru ta’ ħasliet b’magna tal-ħasil standard ta’ tgħabija ta’ drapp “maħmuġ ftit”, u għal diterġenti għal drapp delikat, in-numru ta’ ħasliet b’magna tal-ħasil standard ta’ ħasla ta’ drapp “kemm kemm maħmuġin”, li jistgħu jinħaslu b’kontenut ta’ pakkett f’ilma ftit tqil, li jikkorrispondi għal 2,5 millimoli CaCO3/l,

— kemm tesa’ kull kikkra ta’ kejl, jekk tkun mogħtija, għandu jkun indikat f’millimetri jew grammi, u għandu jkun hemm marki biex jindikaw id-doża xierqa ta’ diterġent għal ħasla b’magna tal-ħasil standard b’livelli ta’ ilma ħafif, ftit tqil u pjuttost tqil.

It-tagħbija għal magni tal-ħasil standard huma ta’ 4,5 kg ta’ drapp xott għal diterġenti magħmula għal xogħol iebes u 2,5 kg ta’ drapp xott għal diterġenti magħmula għal xogħol inqas iebes, bi qbil mad-definizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/476/KE tal-10 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi Kriterji Ekoloġiċi għall-għoti tal-Eko-tikketta Komunitarja għad-Diterġenti tal-Ħasil ( 36 ). Diterġent għandu jitqies diterġent għal xogħol iebes sakemm id-dikjarazzjonijiet tal-manifattur jipromwovu b’enfasi qawwija l-kura tad-drapp, fi kliem ieħor, ħasil b’temperatura baxxa, fibri u kuluri delikati.

Diterġenti tal-Magni tal-Ħasil tal-Platti Awtomatiċi għall-Konsumatur

L-ipakkettar ta’ diterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali maħsuba għall-użu bħala diterġenti tal-magani tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

— id-dożaġġ standard espress fi grammi jew f’ml jew f’numru ta’ pilloli għaċ-ċiklu ta’ ħasil ewlieni għal reċipjenti ta’ fuq il-mejda maħmuġin ftit f’tgħabija mimlija b’montatura ta’ 12-il post f’magna tal-ħasil tal-platti, u tagħmel provvediment, fejn rilevanti, għal livelli ta’ ilma ħafif, ftit tqil u pjuttost tqil.

▼M1

C.   I-iskeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-elenkar ta’ l-ingredjenti fuq l-iskeda tat-tagħrif imsemmija fl-Artikolu 9(3).

L-iskeda tat-tagħrif għandha tinkludi isem id-deterġent u isem il-manifattur.

Kull ingredjent għandu jiġi elenkat; fl-ordni ta’ l-abbundanza dejjem tonqos bil-piż, u l-lista għandha tkun maqsuma fil-meded tal-perċentwali tal-piż li ġejjin:

— 10 % jew aktar,

— 1 % jew aktar, iżda anqas minn 10 %,

— 0.1 % jew aktar, iżda anqas minn 1 %,

— inqas minn 0.1 %.

L-impuritajiet m’għandhomx jitqiesu bħal ingredjenti.

“Ingredjent” tfisser kull sustsanza kimika, ta’ oriġini sintetika jew naturali, intenzjonalment inkluża fil-kompożizzjoni ta’ deterġent. Għall-għanijiet ta’ dan l-anness, fwieħa, żejt essenzjali, jew aġenti koloranti għandu jitqies bħala ingredjent waħdieni u l-ebda mis-sustanzi li jkunu fihom m’għandu jiġi elenkat, ħlief għal dawk is-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ li jidhru fuq il-lista tas-sustanzi fl-Anness III Parti 1 tad-Direttiva 76/768/KEE jekk il-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ fid-deterġent taqbeż il-limitu msemmi fit-Taqsima A.

L-isem kimiku komuni jew l-isem IUPAC ( 37 ) u, fejn disponibbli, l-isem INCI ( 38 ), in-numru CAS, u l-isem tal-Farmokopea Ewropea, għandu jingħata għal kull ingredjent.

D.   Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ ingredjenti

Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli fuq websajt l-iskeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti msemmija fuq ħlief għal dan li ġej:

— l-informazzjoni dwar il-meded ta’ perċentwali ta’ piż mhix meħtieġa

— in-numri CAS mhumiex meħtieġa

— l-ismijiet ta’ l-ingredjenti għandhom jingħataw fin-nomenklatura INCI, jew fejn din mhix disponibbli, għandu jingħata l-isem tal-Farmokopea Ewropea. Jekk l-ebda isem ma jkun disponibbli, minflok għandu jintuża l-isem kimiku komuni jew l-isem IUPAC. Għall-fwieħa, għandha tintuża l-kelma “parfum”, u għal aġent koloranti, il-kelma “colorant”. Fwieħa, żejt essenzjali, jew aġenti koloranti għandu jitqies bħala ingredjent waħdieni u l-ebda mis-sustanzi li jkunu fihom m’għandu jiġi elenkat, ħlief għal dawk is-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ li jidhru fuq il-lista tas-sustanzi fl-Anness III Parti 1 tad-Direttiva 76/768/KEE jekk il-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ fid-deterġent taqbeż il-limitu msemmi fit-Taqsima A.

L-aċċess għall-websajt m’għandux ikun suġġett għal ebda restrizzjoni jew kundizzjoni u l-kontenut tal-websajt għandu jinżamm aġġornat. Il-websajt għandha tinkludi link għall-websajt Pharmacos tal-Kummissjoni jew websajt xierqa oħra li tagħti tabella ta’ korrelazzjoni bejn l-ismijiet ta’ l-INCI, tal-Farmakopea Ewropea u n-numri CAS.

Dan l-obbligu ma japplikax għad-deterġenti industrijali jew istituzzjonali, jew għal surfactants għad-deterġenti industrijali jew istituzzjonali, li għalihom skeda teknika jew ta’ sikurezza hija disponibbli.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit