+Artikolu 8 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
|
Artikolu 8 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-informazzjoni li tikkonċerna istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti speċifikata fl-Artikoli 6 u 7 għandu jkollha d-dati ta’ referenza tar-rapportar li ġejjin:
(a)
għar-rapportar trimestrali, il-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru;
(b)
għar-rapportar semi-annwali, it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru;
(c)
għar-rapportar annwali, il-31 ta’ Diċembru.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena kalendarja sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 1 u 2, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti jitħallew jelaboraw il-kontijiet annwali tagħhom fuq il-bażi ta’ sena tal-kontabilità li tiddevja mis-sena kalendarja, l-ANK jistgħu jaġġustaw id-dati ta’ referenza tar-rapportar sal-aħħar tas-sena tal-kontabilità. Id-dati ta’ referenza tar-rapportar aġġustati għandhom ikunu tliet xhur, sitt xhur, disa’ xhur u 12-il xahar wara l-bidu tas-sena tal-kontabilità. Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena tal-kontabilità sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-ANK għandhom, malli jirċievu mingħand istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 6 u 7 u wara li jiżguraw li l-informazzjoni tkun fil-format korrett tal-fajl skont l-Artikolu 17, jissottomettu dik l-informazzjoni lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK sad-dati tar-rimessa msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 jew sa skadenza aktar bikrija deċiża mill-ANK.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|