+Artikolu 11 Ifformattjar u frekwenza tar-rapportar fuq bażi kkonsolidata għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.

Artikolu 11 Ifformattjar u frekwenza tar-rapportar fuq bażi kkonsolidata għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li japplikaw IFRS taħt ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għar-rapportar superviżorju fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti fuq bażi kkonsolidata.
Artikolu 11 2.
Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness I.
Artikolu 11 3.
L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe formola addizzjonali speċifikata fl-Anness III ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-ANK. L-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe formola addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
Artikolu 11 4.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq bażi kkonsolidata bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti fuq bażi kkonsolidata. ►M3  Dak ir-rapportar finanzjarju superviżorju għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 2 tal-Anness I. ◄
Artikolu 11 5.
L-ANK għandhom jibagħtu lill-BĊE kwalunkwe formola addizzjonali speċifikata fl-Anness IV ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-ANK. L-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe formola addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
Artikolu 11 6.
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 4 u 5 ir-rapportar finanzjarju superviżorju dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li l-assi tagħhom għandhom valur totali ta’ EUR 3 biljun jew inqas għandu jinkludi informazzjoni speċifikata fl-Anness III, bħala minimu komuni, minflok l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Għal dan l-iskop, il-valur totali tal-assi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, fuq bażi kkonsolidata, għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali kkonsolidat skont il-liġi applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali kkonsolidat, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet ikkonsolidati annwali awditjati l-aktar reċenti, u jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, fuq il-bażi tal-kontijiet ikkonsolidati annwali mħejjija skont il-liġijiet tal-kontabilità nazzjonali applikabbli.
Artikolu 11 7.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5 mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss għal rapportar trimestrali meta l-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti jkun jaqbeż, fuq bażi kkonsolidata, EUR 3 biljun f’erba’ dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali. Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni skont il-paragrafu 6 meta l-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti jkun inqas minn jew daqs, fuq bażi kkonsolidata, EUR 3 biljun fi tlett dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali.
Artikolu 11 8.
L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2, 3, 4, 5, u 6 għandha tiġi rrapportata kif stabbilit fl-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11 9.
L-ANK jistgħu jiġbru l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-BĊE li hija speċifikata fil-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 6 bħala parti minn qafas ta’ rapportar usa’ li, f’konformità mal-liġi relevanti tal-Unjoni jew dik nazzjonali, tinkludi informazzjoni finanzjarja superviżorja addizzjonali u sservi wkoll skopijiet li ma jkunux biss ta’ superviżjoni, bħal skopijiet statistiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit