+Artikolu 4 Kategoriji tal-magni
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Kategoriji tal-magni
Kategoriji tal-magni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw il-kategoriji ta' magni li ġejjin, imqassmin fis-subkategoriji mogħtija fl-Anness I,:
|
(1)
|
“kategorija NRE” :
(a)
magni għal makkinarju mobbli mhux tat-triq li huma intenzjonati u adatti biex jimxu, jew biex jitmexxew, fit-triq jew b'xi mod ieħor, li mhumiex esklużi skont l-Artikolu 2(2) u li mhumiex inklużi f'xi kategorija oħra msemmija fil-punti (2) sa (10) ta' dan il-paragrafu;
(b)
magni li għandhom potenza referenzjarja ta' inqas minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni ta' Stadju V tal-kategoriji IWP, IWA, RLL jew RLR;
|
|
(2)
|
“kategorija NRG” : magni li jkollhom potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, esklużivament għall-użu f'settijiet ta' ġenerazzjoni; il-magni għal settijiet ta' ġenerazzjoni minbarra dawk li għandhom dawk il-karatteristiċi huma inklużi fil-kategoriji NRE jew NRS, skont il-karatteristiċi tagħhom;
|
|
(3)
|
“kategorija NRSh” : magni SI li jinżammu fl-idejn li jkollhom potenza referenzjarja li tkun inqas minn 19 kW, esklużivament għall-użu f'makkinarju li jinżamm fl-idejn;
|
|
(4)
|
“kategorija NRS” : magni SI, li jkollhom potenza referenzjarja li tkun inqas minn 56 kW u li mhumiex inklużi fil-kategorija NRSh;
|
|
(5)
|
“kategorija IWP” :
(a)
magni esklużivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni, għall-propulsjoni diretta jew indiretta tagħhom, jew maħsuba għall-propulsjoni diretta jew indiretta tagħhom, li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn jew ugwali għal 19 kW;
(b)
magni li jintużaw minflok il-magni tal-kategorija IWA sakemm dawn jikkonformaw mal-Artikolu 24(8);
|
|
(6)
|
“kategorija IWA” : magni awżiljarji esklużivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni u li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn, jew ugwali għal, 19 kW;
|
|
(7)
|
“kategorija RLL” : magni esklużivament għall-użu f'lokomottivi, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;
|
|
(8)
|
“Kategorija RLR” :
(a)
magni esklużivament għall-użu f'awtovaguni, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;
(b)
il-magni li jintużaw minflok il-magni ta' Stadju V tal-kategorija RLL;
|
|
(9)
|
“kategorija SMB” : magni SI esklużivament għall-użu fil-motoslitti; il-magni għall-motoslitti minbarra l-magni SI huma inklużi fil-kategorija NRE;
|
|
(10)
|
“kategorija ATS” : magni SI esklużivament għall-użu fl-ATVs u SbS; il-magni għall-ATVs u l-SbS minbarra l-magni SI huma inklużi fil-kategorija NRE.
|
|
|
Artikolu 4 2.
|
Magna b'veloċità varjabbli ta' kategorija partikolari tista' tintuża minflok magna b'veloċità kostanti tal-istess kategorija. Barra minn hekk, il-magni b'veloċità varjabbli tal-kategorija IWP li jintużaw għal operazzjoni b'veloċità kostanti, għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 24(7) jew mal-Artikolu 24(8), skont kif applikabbli.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Il-magni għal vetturi ferrovjarji awżiljarji u l-magni awżiljarji għal awtovaguni u lokomottivi huma inklużi fil-kategoriji NRE jew NRS, skont il-karatteristiċi tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|